2013
Tagħlim Għal Żmienna
Mejju 2013


Tagħlim Għal Żmienna

Il-laqgħat tas-Saċerdozju Melkisedeku u tas-Soċjetà tal-Għajnuna fir-raba’ Ħadd tax-xahar għandhom jiġu ddedikati lit-“Tagħlim għal Żmienna.” Kull lezzjoni tista’ titħejja minn wieħed, jew aktar, mid-diskorsi mogħtija fl-aktar konferenza ġenerali riċenti (ara t-tabella aktar ’l isfel). Il-presidenti tal-wited u d-distrett jistgħu jagħżlu liema diskorsi għandhom jintużaw, jew jgħaddu din ir-responsabbiltà lill-isqfijiet u l-presidenti tal-fergħat. Il-mexxejja għandhom jenfasizzaw il-valur li l-aħwa tas-Saċerdozju Melkisedeku u tas-Soċjetà tal-għajnuna jistudjaw l-istess diskorsi fl-istess Ħdud.

Dawk li jattendu l-lezzjonijiet tar-raba’ Ħadd tax-xahar huma mħeġġa sabiex jistudjaw u jġibu magħhom l-aħħar messaġġ.

Suġġerimenti biex Tħejji Lezzjoni minn Diskors

Itlob sabiex l-Ispirtu s-Santu jkun miegħek hekk kif tistudja u tgħallem id-diskors. Tista’ titħajjar li tħejji l-lezzjoni billi tuża xi materjal ieħor, iżda d-diskors tal-konferenza huwa l-kurrikulu approvat. Xogħlok hu li tgħin lil ħaddieħor jitgħallem u jgħix l-evanġelju kif mgħallem fl-aktar konferenza ġenerali riċenti tal-Knisja.

Ara d-diskors fid-dettall, int u tfittex dawk il-principji u d-duttrina li l-aktar jolqtu l-bżonnijiet tal-membri tal-klassi. Fittex ukoll stejjer, referenzi tal-iskrittura, u dikjarazzjonijiet mid-diskors li jgħinuk tgħallem dawn il-veritajiet.

Ikteb xi punti dwar kif tista’ tgħallem il-prinċipji u d-duttrina. Ikkunsidra li tinkludi ċerti mistoqsijiet biex tgħin lill-membri tal-klassi:

  • Fid-diskors fittex li ssib prinċpji u duttrina.

  • Irrifletti dwar it-tifsira tagħhom.

  • Aqsam mal-oħajn dak li fhimt, l-ideat, l-esperjenzi u t-testimonjanzi.

  • Applika dawn il-prinċpji u d-duttrina fil-ħajja tagħhom

Xhur li Fihom Jiġu Mgħallmin il-Lezzjonijiet

Materjal Għal-Lezzjoni tar-Raba’ Ħadd

April 2013–Ottubru 2013

Diskorsi mogħtija fil-konferenza ġenerali ta’ April 2013*

Ottubru 2013–April 2014

Diskorsi mogħtija fil-konferenza ġenerali ta’ Ottubru 2013*

  • Għal-lezzjonijiet tar-raba’ Ħadd ta’ April u Ottubru, id-diskorsi jistgħu jingħażlu kemm mill-konferenza ta’ qabel jew inkella mill-aktar waħda riċenti. Dawn id-diskorsi huwa disponibbli f’ diversi lingwi fuq conference.lds.org.