Żgħażagħ
Immexxija bil-Fidi
L-awtriċi tgħix f’ North Carolina, l-Istati Uniti.
Ma ninsa qatt meta kont qgħadt nippassiġġa ġewwa Winter Quarters, Nebraska, l-Istati Uniti, fejn kienu għexu l-pijunieri snin qabel. L-art kienet tinħass sagra, bħallikieku kont qed nippassiġġa fuq art li ddawwar xi tempju.
Għajnejja imtlew bid-dmugħ u tappnu l-vista tiegħi. Rajt statwa iżda ma stajtx nagħraf min kienu l-personaġġi. Meta msaħt id-dmugħ, rajt raġel u mara b’ wiċċhom mimli niket. Hekk kif ħarist aktar mill-viċin, rajt figura ta’ tarbija mixħuta f’ qabar ħdejn riġlejhom.
Din id-dehra wasslitni sabiex nemozzjona ruħi: niket, rabja, gratitudni u ferħ. Ridt inneħħi minn fuq dawk il-Qaddisin l-uġigħ li kienu qed iħossu, iżda fl-istess ħin kont inħossni grata għal dak li huma ssagrifikaw minħabba l-evanġelju.
L-esperjenza tiegħi f’ Winter Quarters għinitni nirrealizza li Missierna tas-Smewwiet jagħti l-evanġelju lil uliedu u jagħtihom l-għażla ħielsa li jagħmlu bih dak li jixtiequ. Il-ġenituri ta’ dik it-tarbija setgħu għażlu li jieħdu triq ferm eħfef. Biex huma jimxu wara l-profeta u jgħixu l-evanġelju kien jeħtieġ li dawn il-pijunieri jibqgħu għaddejjin b’ kuraġġ saħansitra meta dan kien ifisser li jidfnu lill-istess binhom. Iżda huma għażlu li jkollhom l-evanġelju f’ ħajjithom u aċċettaw l-isfidi tagħhom. Jiena tgħallimt li d-dedikazzjoni tal-Qaddisin lejn l-evanġelju u d-determinazzjoni tagħhom li jibqgħu mixjin b’ kuraġġ kienu mmexxija permezz tal-fidi u t-tama—tama għal futur isbaħ u fidi li l-Mulej kien jafhom u seta’ jtaffilhom l-uġigħ tagħhom.