Messaġġ tal-Għalliema taż-Żjajjar, Lulju 2013
Ngħallmu u Nitgħallmu l-Evanġelju
Permezz tat-talb studja dan il-materjal u, kif inhu xieraq, iddiskutih mal-aħwa li inti żżur. Uża l-mistoqsijiet sabiex jgħinuk issaħħaħ lil ħutek u biex tagħmel lis-Soċjetà tal-Għajnuna parti integrali minn ħajtek. Għal aktar informazzjoni, żur is-sit reliefsociety.lds.org.
Ġesù Kristu kien għalliem prim. Huwa wriena lkoll bl-eżempju tiegħu hekk kif Huwa “għallem lin-nisa, kemm li kienu fost il-miġemgħa kif ukoll individwalment, fit-toroq u fix-xtajta, ħdejn il-ġiebja u fi djarhom. Huwa wera mħabba u ħniena lejhom u fejjaq lilhom u lill-membri tal-familja tagħhom.”1
Huwa għallem lil Marta u Marija u “stedinhom sabiex isiru dixxipli Tiegħu u jgawdu huma wkoll mis-salvazzjoni, ‘dik il-parti tajba’ [Luqa 10:42] li ħadd qatt ma jista joħdilhom.”2
Fl-iskrittura tagħna tal-aħħar żminijiet, il-Mulej ikkmandana sabiex “ngħallmu lil xulxin id-duttrina tas-saltna” (D&C 88:77). Dwar li ngħallmu u nitgħallmu d-duttrina, Cheryl A. Esplin, it-tieni kunsillier fil-presidenza ġenerali tal-Primarja, qalet, “L-għarfien li nifhmu verament id-duttrina tal-evanġelju huwa proċess ta’ tagħlim għal tul ħajjitna u niksbuh ‘linja wara linja, preċett wara preċett, ftit minn hawn u ftit minn hemm’ (2 Nephi 28:30).”3
Hekk kif nitgħallmu, nistudjaw u nitolbu, aħna nibdew ngħallmu bil-qawwa tal-Ispirtu s-Santu, li jgħaddi l-messaġġ tagħna “fi qlub ulied il-bnedmin”(2 Nephi 33:1).
Mill-Iskrittura
Mill-Istorja Tagħna
Il-profeti tagħna tal-passat fakkru lilna n-nisa li aħna għandna rwol importanti bħala għalliema fid-dar u fil-Knisja. F’ Settembru 1979, il-President Spencer W. Kimball (1895–1985) qalilna sabiex insiru “skritturarji nisa.” Huwa qal: “Siru studjużi tal-iskrittura mhux biex iċċekknu lil min jaf anqas minnkom, iżda biex televawh! Wara kollox, min għandu aktar bżonn li ‘jgħożż’ il-veritajiet tal-evanġelju (li lejhom għandna nduru fil-mument ta’ bżonn) min-nisa u l-ommijiet li tant irawmu u jgħallmu?”4
Aħna lkoll għalliema kif ukoll studenti. Meta ngħallmu mill-iskrittura u minn kliem il-profeti ħajjin tagħna, inkunu nistgħu ngħinu lil ħaddieħor jersaq viċin Kristu. Meta ningaġġaw ruħna fil-proċess tat-tagħlim billi nistaqsu mistoqsijiet sinifikanti u mbagħad nieqfu u nisimgħu, aħna nkunu nistgħu nsibu risposta li tgħinna nilħqu l-bżonnijiet personali tagħna.
© 2013 minn Intellectual Reserve, Inc. Id-drittijiet kollha riservati. Printed in Germany. Approvazzjoni bl-Ingliż: 6/12. Approvazzjoni tat-traduzzjoni: 6/12. Traduzzjoni ta’ Visiting Teaching Message, July 2013. Maltese. 10667 159