2013
Żomm Inventarju
Awwissu 2013


Żgħażagħ

Żomm Inventarju

Il-President Eyring ikkwota lill-President Spencer W. Kimball (1895–1985) li qal li “li niktbu fi djarju huwa mod kif nistgħu ngħoddu barkietna u kif nistgħu nħallu inventarju ta’ dawk il-barkiet għal dawk li jiġu warajna.” Fil-konferenza ġenerali ta’ Ottubru 2012, il-President Thomas S. Monson ta t-testimonjanza tiegħu dwar il-kitba fid-djarju. Huwa qasam xi esperjenzi minn ħajtu, fejn kompla, “Id-djarju tiegħi ta’ kuljum, li ili nżomm tul dawn is-snin kollha, għeni nagħraf xi aspetti partikolari li kieku ma kontx nintebaħ bihom.” Huwa ta l-parir, “Żomm inventarju ta’ ħajtek u ħares speċifikament lejn il-barkiet, kbar u żgħar, li inti rċevejt” (“Consider the Blessings,” Liahona u Ensign, Nov. 2012, 86). Aħdmu sabiex timxu wara l-kunsill ta’ dawn il-profeti u ppjanaw sabiex tibdew tiktbu fid-djarju tagħkom.

Ipprintja