2013
Għajnuna Soċjali
Awwissu 2013


Messaġġ tat-Tagħlim taż-Żjajjar, Awwissu 2013

Għajnuna Soċjali

Permezz ta’ talb studjaw dan il-materjal u, kif inhu xieraq, iddiskutuh mal-aħwa li intom iżżuru. Użaw il-mistoqsijiet biex jgħinukom issaħħu lil ħutkom u biex tagħmlu lis-Soċjetà tal-Għajnuna parti attiva minn ħajjitkom. Għal aktar informazzjoni, żuru reliefsociety.lds.org.

Fidi, Familja, Għajnuna

L-għan tal-għajnuna soċjali tal-Knisja hu li tgħin lill-membri jkunu anqas dependenti fuq ħaddieħor, tieħu ħsieb lill-foqra u lil dawk fil-bżonn, u li tagħti servizz. L-għajnuna soċjali tinsab fil-qalba tal-ħidma tas-Soċjetà tal-Għajnuna. Il-President Henry B. Eyring, l-Ewwel Kunsillier fl-Ewwel Presidenza, għallem:

“[Il-Mulej] mill-bidu taż-żminijiet pprovda lid-dixxipli Tiegħu modi kif huma jistgħu jgħinu. Huwa stieden lil uliedu sabiex jikkonsagraw ħinhom, ġidhom u lilhom infushom ħalli jingħaqdu miegħu biex iservu lil ħaddieħor. …

“Huwa stedinna u talabna sabiex nipparteċipaw fil-ħidma Tiegħu li ngħinu lil dawk fil-bżonn. Aħna nagħmlu patt li nagħmlu dan fl-ilmijiet tal-magħmudija u fit-tempji mqaddsa ta’ Alla. Aħna nġeddu l-patti kull nhar ta’ Ħadd meta nieħdu sehem fis-sagrament.”1

Taħt id-direzzjoni tal-isqof jew tal-president tal-fergħa, il-mexxejja lokali jassistu fl-għajnuna soċjali, kemm f’ dak li hu spiritwali kif ukoll temporali. Ħafna drabi l-opportunitajiet li nservu jibdew mill-għalliema tad-dar li jfittxu jiksbu l-ispirazzjoni biex ikunu jafu kif jirrispondu għall-bżonnijiet ta’ kull oħt li huma jżuru.

Mill-Iskrittura

Luqa 10:25–37; Ġakbu 1:27; Mosiah 4:26; 18:8–11; Doctrine and Covenants 104:18

Mill-Istorja Tagħna

Fid-9 ta’ Ġunju, 1842, il-Profeta Joseph Smith ta l-inkarigu lill-aħwa tas-Soċjetà tal-Għajnuna sabiex “jgħinu lill-foqra” u “jsalvaw l-erwieħ.”2 Dawn l-istess għanijiet għadhom fil-qalba tas-Soċjetà tal-Għajnuna u huma rrappreżentati fil-motto tagħna “il-Karità ma tintemm qatt” (1 Corinthians 13:8).

Il-ħames president ġenerali tas-Soċjetà tal-Għajnuna, Emmeline B. Wells, u l-kunsilliera tagħha ħarġu b’ dan il-motto fl-1913 bħala tifkira tal-prinċipji fundamentali tagħna: “Aħna niddikjaraw li l-għan tagħna hu li … [nżommu] sodi mat-tagħlim ispirat tal-Profeta Joseph Smith meta huwa żvela l-pjan li permezz tiegħu n-nisa kienu sa jingħataw qawwa permezz tas-sejħa tas-saċerdozju li jitqassmu f’ organizzazzjonijiet xierqa għall-għan li jamministraw lill-morda, jassistu lil min hu fil-bżonn, ifarrġu lix-xjuħ, iwissu lil min mhux qed jintebaħ bil-periklu u jassistu lill-orfni.”3

Illum il-ġurnata is-Soċjetà tal-Għajnuna tinsab madwar id-dinja kollha hekk kif l-aħwa nisa jestendu l-karità, l-imħabba pura ta’ Kristu, lil għajrhom (ara Moroni 7:46–47).

Noti

  1. Henry B. Eyring, “Opportunities to Do Good,” Liahona u Ensign, Mejju 2011, 22.

  2. Joseph Smith, f’ Daughters in My Kingdom: The History and Work of Relief Society (2011), 63.

  3. Daughters in My Kingdom, 63.

X’ Nista’ Nagħmel?

  1. Kif qed nitħejja sabiex nieħu ħsieb tiegħi nnifsi u tal-familja tiegħi kemm b’ mod spiritwali kif ukoll temporali?

  2. Kif nista’ nimxi wara l-eżempju tas-Salvatur hekk kif ngħin ħalli jintlaħqu l-bżonnijiet tal-aħwa li jiena responsabbli minnhom?