żgħażagħ
Kont Kapaċi Neħles min-Niket
L-awtur huwa mit-Tajwan.
Meta l-ħbieb tiegħi Brother Chen u martu tgħammdu fil-qasam tagħna, jiena kont sa ntir bil-ferħ. Sena wara l-magħmudija tagħhom, huma ġew issiġillati fit-tempju, u binhom, li kien għadda għal ħajja oħra qabel ma huma ngħaqdu fil-Knisja, kien ġie ssiġillat magħhom. Kienet xi ħaġa mill-isbaħ nara lil Chens jikbru fl-evanġelju.
Sena wara Brother Chen tilef ħajtu f’ incident tat-traffiku. Wara l-aċċident, il-mewt tiegħu baqgħet dejjem f’ moħħi u spiss kienet taħkem il-ħolm tiegħi. Spiss kont nistenbaħ bid-dmugħ f’ għajnejja u ntenni, “Għaliex? Għaliex il-Mulej jippermetti li sseħħ traġedja bħal din? Għaliex xi ħaġa hekk kellha tiġri lil familja daqshekk twajba?” Jum fost l-oħrajn, meta kont qed inħossni imħawwad mhux ħażin b’ dawn il-mistoqsijiet, qbadt manwal tal-lezzjoni u minnu qrajt dan il-kliem mill-President Spencer W. Kimball (1895–1985):
“Jekk inħarsu lejn il-mortalità bħala l-unika eżistenza, għandna biex inkunu verament pessimisti minħabba l-uġigħ, in-niket, il-falliment u l-ħajja qasira li ngħixu. Iżda jekk inħarsu lejn il-ħajja bħala xi ħaġa eterna li tmur lura fil-passat primortali u tibqa’ sejra fil-futur etern ta’ wara l-mewt, hemm inkunu nistgħu naraw kollox fil-perspettiva xierqa. …
“Ma nesperjenzawx aħna t-tentazzjoni sabiex permezz tagħha tiġi ppruvata l-qawwa tagħna, il-mard sabiex nitgħallmu l-paċenzja, il-mewt biex niġu immortalizzati u gglorifikati?”1
F’ dak il-mument, iddeċidejt li nwarrab in-niket minn fuqi u nħares lejn il-futur imwiegħed u possibbli. Ġewwa moħħi rajt lil Brother Chen kuntent magħqud mal-familja tiegħu. Dik id-dehra ġabitli l-paċi. Naf li Missierna tas-Smewwiet jagħtina l-għerf u l-kuraġġ biex niffaċċjaw l-avversità.