2013
Tagħlim għal Żmienna
Novembru 2013


Tagħlim għal Żmienna

Il-lezzjonijiet tas-Saċerdozju Melkisedeku u tas-Soċjetà tal-Għajnuna f’ kull raba’ Ħadd jiġu ddedikati lit-”Tagħlim għal Żmienna.” Kull lezzjoni tista’ titħejja minn diskors jew diskorsi mogħtija fl-aktar konferenza ġenerali reċenti (ara t-tabella aktar ‘l isfel). Il-presidenti tal-wited u tad-distrett jistgħu jagħżlu huma liema diskors għandu jingħażel, jew jistgħu jassenjaw din ir-responsabbiltà lill-isqfijiet jew presidenti tal-fergħa. Il-mexxejja jenfasizzaw il-valur li l-aħwa tas-Saċerdozju Melkisedeku u tas-Soċjetà tal-Għajnuna jistudjaw l-istess diskors fl-istess jum tal-Ħadd.

Dawk li jattendu għal-lezzjonijiet tar-raba’ Ħadd għandhom jiġu mħeġġa jistudjaw u jġibu magħhom fil-klassi il-ħarġa tar-rivista bl-aħħar konferenza ġenerali.

Suġġerimenti biex Titħejja Lezzjoni mid-Diskors

Itolbu li l-Ispirtu s-Santu jkun magħkom hekk kif intom tistudjaw u tgħallmu d-diskors(i). Taf tiġikom it-tentazzjoni li tħejju l-lezzjoni billi tużaw materjal ieħor, iżda d-diskors tal-konferenza huwa l-kurrikulu approvat. Xogħolkom hu li tgħinu lil ħaddieħor jitgħallem u jgħix l-evanġelju kif mgħallem fl-aktar konferenza ġenerali reċenti tal-Knisja.

Agħtu ħarsa lejn id-diskors(i), fittxu u sibu prinċipji u duttrina li jilħqu l-bżonnijiet tal-membri tal-klassi. Fittxu u sibu wkoll stejjer, referenzi skritturali, u dikjarazzjonijiet minn dak id-diskors li l-aktar jgħinkom tgħallmu dawn il-veritajiet.

Niżżlu daqsxejn punti dwar kif sa tgħallmu l-prinċipji u d-duttrina. Ikkunsidraw li tinkludu mistoqsijiet li jgħinu lill-membri tal-klassi:

  • Fid-diskors(i) fittxu xi prinċipji u duttrina.

  • Aħsbu dwar it-tifsira tagħhom.

  • Aqsmu mal-klassi ħsibijiet, ideat, esperjenzi u testimonjanzi.

  • Applikaw dawn il-prinċipji u din id-duttrina f’ ħajjithom.

Xhur li Fihom Jiġu Mgħallma l-Lezzjonijiet

Materjal għal-Lezzjoni tar-Raba’ Ħadd

Ottubru 2013–April 2014

Diskorsi mogħtija fil-konferenza ġenerali ta’ Ottubru 2013*

April 2014–Ottubru 2014

Diskorsi mogħtija fil-konferenza ġenerali ta’ April 2014*

  • Għal-lezzjonijiet tar-raba’ Ħadd għax-xhur ta’ April u Ottubru, id-diskors jista’ jingħażel mill-konferenza ta’ qabel jew mill-aktar konferenza reċenti. Id-diskorsi huma disponibbli f’ bosta lingwi fuq conference.lds.org.