2013
Nista’ Nagħti Kopja tal-Ktieb ta’ Mormon lil Ħaddieħor?
Diċembru 2013


Żgħażagħ

Nista’ Nagħti Kopja tal-Ktieb ta’ Mormon lil Ħaddieħor?

L-awtur joqgħod Washington, l-Istati Uniti.

Matul l-ewwel sena tiegħi fis-sekondarja, l-għalliem tas-seminarju tiegħi stieden lill-istudenti tal-klassi tiegħi sabiex jagħtu kopja tal-Ktieb ta’ Mormon lil sħabhom li mhux membri. Għalkemm jiena kont verament mistħi, ilqajt l-istedina.

Għalkemm domt ftit jiem mhux ħażin naħsibha sakemm finalment rabbejt il-kuraġġ, eventwalment tajt kopja tal-ktieb lil ħabibti Britny waqt il-brejk ta’ nofsinhar u magħha qsamt fil-qosor it-testimonjanza tiegħi. Britny irringrazzjatni tal-ktieb.

F’ għeluq is-sena skolastika, Britny marret tgħix xi mkien ieħor, iżda bqajna f’ kuntatt. Qaltli dwar l-iskola l-ġdida tagħha u kif sħabha l-ġodda kienu kważi kollha membri tal-Knisja; però qatt ma kellmitni dwar ħwejjeġ spiritwali.

Kollox inbidel meta jiena ġejt biex nitlaq għall-missjoni tiegħi. Irċevejt messaġġ mingħand Britny fejn qaltli li kellha aħbar kbira għalija: hija kienet sa titgħammed, u riedet tirringrazzjani talli kont ħabib tagħha u tajtha eżempju tajjeb.

Alla għażel tifel mistħi ta’ 15-il sena, bla ebda esperjenza missjunarja, u dderiġieh sabiex jaqsam l-evanġelju ma’ xi ħadd li Hu kien jaf li lest jaċċettah. Jiena naf li jekk nisimgħu mill-Ispirtu, aħna lkoll nistgħu nsibu nies madwarna li qed jistennew sabiex jitgħallmu dwar l-evanġelju rrestawrat. Jiena naf li jekk ngħinu sabiex inressqu imqar persuna waħda lejn il-Mulej, “kemm sa jkun kbir il-ferħ tagħna magħha fis-saltna ta’ Missierna!” (D&C 18:15).