2013
Il-Missjoni Divina ta’ Ġesù Kristu: L-Uniku Iben Imnissel
Diċembru 2013


Messaġġ tal-Għalliema taż-Żjajjar, Diċembru 2013

Il-Missjoni Divina ta’ Ġesù Kristu: L-Uniku Iben Imnissel

Bl-għajnuna tat-talb studja dan il-materjal u fittex sabiex tkun taf x’ għandek taqsam ma’ ħutek. L-għarfien tiegħek tal-ħajja u l-missjoni tas-Salvatur kif jistgħu jgħinuk tkabbar il-fidi tiegħek fih u tbierek lil dawk li int responsabbli minnhom permezz tat-tagħlim taż-żjajjar? Għal aktar informazzjoni, araw reliefsociety.lds.org.

Motto tas-Soċjetà tal-Għajnuna

Fidi, Familja, Għajnuna

Is-Salvatur tagħna, Ġesù Kristu jissejjaħ l-Iben Imnissel il-Waħdieni għax Huwa l-uniku bniedem fid-dinja li twieled minn mara mortali u Missier immortali. Huwa wiret il-qawwiet divini mingħand Alla, Missieru. Mingħand ommu, Marija, Huwa wiret il-mortalità u kien suġġett għall-ġuħ, l-għatx, l-għajja, l-uġigħ u l-mewt.1

Peress li Ġesù Kristu huwa l-Uniku Iben Imnissel mill-Missier, Huwa kien kapaċi jħalli ħajtu u jerġa’ jeħodha lura. L-iskrittura tgħallem li “permezz tal-Att tal-Fidwa ta’ Kristu,” aħna “niksbu l-qawmien mill-imwiet” (Jacob 4:11). Nitgħallmu wkoll li lkoll kemm aħna “nistgħu nerġgħu nqumu fl-immortalità għall-ħajja eterna” jekk aħna “nemmnu” (D&C 29:43).

Hekk kif naslu biex nagħrfu aħjar x’ ifisser għal Ġesù li jkun l-Uniku Iben Imnissel tal-Missier, il-fidi tagħna fi Kristu tikber. Il-Presbiteru D. Todd Christofferson tal-Kworum tat-Tnax-il Appostlu qal, “Il-fidi f’ Ġesù Kristu hija l-konvinzjoni u l-assigurazzjoni tal- (1) Istatus Tiegħu bħala l-Uniku Iben Imnissel ta’ Alla, (2) Att tal-Fidwa infinit Tiegħu, u (3) Qawmien mill-Imwiet Tiegħu b’ mod letterali.”2 Profeti ta’ żmienna taw ix-xhieda tagħhom: “[Ġesù Kristu] kien … l-Uniku Iben Imnissel fil-Ġisem, il-Feddej tad-dinja.”3

Mill-Iskrittura

Ġwanni 3:16; Doctrine and Covenants 20:21–24; Moses 5:6–9

Mill-Istorja Tagħna

Fit-Testment il-Ġdid naqraw dwar nisa, uħud nafu isimhom u oħrajn le, li eżerċitaw il-fidi tagħhom f’ Ġesù Kristu, li tgħallmu u għexu t-tagħlim Tiegħu u li taw xhieda tal-ministeru, tal-mirakli u l-majestà Tiegħu. Dawn in-nisa saru dixxipli eżemplari u xhieda importanti fil-ħidma tas-salvazzjoni.

Per eżempju, Marta qasmet it-testimonjanza qawwija tagħha dwar id-divinità tas-Salvatur meta qalet, “Jiena nemmen li inti l-Kristu, Iben Alla li kellu jiġi fid-dinja” (Ġwanni 11:27).

Tnejn mill-ewwel xhieda tad-divinità tas-Salvatur kienu ommu Marija u l-kuġina tagħha Eliżabetta. Ftit wara li l-anġlu Gabrijel żar lil Marija, hija marret iżżur lil Eliżabetta. Hekk kif Eliżabetta semgħet lil Marija ssellmilha, hija “mtliet bl-Ispirtu s-Santu” (Luqa 1:41) u qasmet it-testimonjanza tagħha li Marija kienet sa ssir omm l-Iben ta’ Alla.

Noti

  1. Ara Gospel Principles (2009), 52–53.

  2. D. Todd Christofferson, “Building Faith in Christ,” Liahona, Sett. 2012, 13.

  3. “Kristu l-Ħaj: It-Testimonjanza tal-Appostli,” Liahona, Apr. 2000, 2–3.

X’ Nista’ Nagħmel?

  1. Għaliex huwa importanti għalija li nifhem id-diversi rwoli ta’ Ġesù Kristu?

  2. Kif tista’ tikber il-fidi taøna hekk kif aœna nÿommu l-patti li øamilna?