2014
Tgħallmu mill-Esperjenza ta’ Ħaddieħor
Diċembru 2014


Żgħażagħ

Tgħallmu mill-Esperjenza ta’ Ħaddieħor

Il-President Uchtdorf tkellem minn esperjenza personali meta għallem li “l-aktar żminijiet tal-Milied memorabbli li jiena qatt kelli kienu dawk li ċċelebrajthom bl-aktar mod umli.” Nistgħu nitgħallmu tant mill-ġenerazzjoni akbar minna; bosta adulti għexu fi żminijiet ta’ gwerra, qgħad, mard u żminijiet diffiċli oħra. Staqsi lill-membri fil-fergħa tiegħek li huma akbar minnek biex jirrakkontawlek dwar l-aktar Milied sinifikanti li huma qatt esperjenzaw. Tistgħu anke tiktbu l-istejjer tagħhom. Ippruvaw tgħallmu mill-eżempju tagħhom billi dan il-Milied intom tiffukaw aktar dwar kif tistgħu tagħtu servizz aktar sinċier u tiftakru aktar fis-Salvatur.