Messaġġ tal-Għalliema taż-Żjajjar, Diċembru 2014
Il-Missjoni Divina ta’ Ġesù Kristu: Prinċep tal-Paċi
Bl-għajnuna tat-talb studja dan il-materjal u fittex sabiex tkun taf x’ għandek taqsam ma’ ħutek. Kif jista’ l-għarfien tiegħek tal-ħajja u tal-missjoni tas-Salvatur jgħinek tkabbar il-fidi tiegħek fih u tbierek lil dawk li int responsabbli minnhom permezz tat-tagħlim taż-żjajjar? Għal aktar informazzjoni, żur is-sit reliefsociety.lds.org.
“Is-Salvatur huwa s-sors tal-vera paċi,” qal il-Presbiteru Quentin L. Cook tal-Kworum tat-Tnax-il Appostlu. “Anke bil-bosta provi li nħabbtu wiċċna magħhom fil-ħajja, permezz tal-Att tal-Fidwa tas-Salvatur u l-Grazzja Tiegħu, il-ħajja li aħna ngħixu b’ mod ġust tiġi ppremjata permezz tal-paċi personali.”1 Li nifhmu li Ġesù Kristu huwa l-Prinċep tal-Paċi jista’ jgħinna nsibu l-paċi ta’ ġewwa fina u nkabbru l-fidi tagħna fih.
Ġesù Kristu qal: “Dawn il-ħwejjeġ għidthomkom ħalli bija jkollkom is-sliem. Fid-dinja tbatu jkollkom: iżda agħmlu l-qalb; jiena rbaħt id-dinja” (Ġwanni 16:33). Linda S. Reeves, it-tieni Kunsillier fil-presidenza ġenerali tas-Soċjetà tal-Għajnuna, qasmet testimonjanza dwar din il-verità meta qalet: “Il-Mulej kien ħanin miegħi u għenni sabiex iħaffifli t-tagħbija tiegħi. Huwa għenni sabiex inħoss paċi kbira.”2
Il-Presbiteru Richard G. Scott tal-Kworum tat-Tnax-il Appostlu għallem: “Il-post ideali għall- … paċi huwa bejn il-ħitan ta’ darna, fejn inkunu għamilna dak kollu li nistgħu biex il-Mulej Ġesù Kristu jkun fiċ-ċentru tagħha”3
Skrittura Addizzjonali
Isaija 9:6; Luqa 2:14; Ġwanni 14:27; 1 Nephi 13:37; Doctrine and Covenants 59:23
Mill-Iskrittura
Isaija pprofetizza t-twelid ta’ Ġesù Kristu, il-Prinċep tal-Paċi (ara Isaija 9:6). Fil-Kontinent Amerikan, Samwel il-Lamanita tkellem dwar sinjali li kienu sa jidhru fit-twelid ta’ Kristu ħames snin wara (ara Ħilaman 14:3, 5). Hekk kif kien qed joqrob il-jum imbassar, nies li ma jemmnux heddew li joqtlu lill-Kristjani kollha jekk dawn is-sinjali jibqgħu ma jidhrux. Il-profeta Nefi “talab b’ qawwa lill-Mulej il-jum kollu; u araw, huwa sema’ leħen il-Mulej jgħidlu: … Għada jiena se niġi fid-dinja“ (3 Nephi 1:12–13). Is-sinjali dehru, u bit-twelid ta’ Kristu, “il-poplu reġa’ beda jgħix fil-paċi f’ artu” (vers 23).
F’ Betlehem, Marija “wildet l-ewwel iben tagħha, fisqietu u medditu f’ maxtura” (Luqa 2:7).
© 2014 minn Intellectual Reserve, Inc. Id-drittijiet kollha riservati. Stampat fil-Ġermanja. Approvazzjoni bl-Ingliż: 6/14. Approvazzjoni tat-traduzzjoni: 6/14. Traduzzjoni ta’ Visiting Teaching Message, December 2014. Maltese. 10872 159