2015
Il-Bidla f’ Qalbi
Frar 2015


Żgħażagħ

Il-Bidla f’ Qalbi

L-awtur jgħix ġewwa Fortaleza, il-Brażil.

Meta sirt naf bl-evanġelju rrestawrat ta’ Ġesù Kristu, jiena ħassejt l-Ispirtu jixhed miegħi li huwa veru. Permezz tat-talb, it-testimonjanza tiegħi saret saħansitra aktar b’ saħħitha u jiena ddeċidejt li nitgħammed.

Wara l-magħmudija tiegħi, xi nies fil-qasam tiegħi bdew jistaqsuni jekk xtaqtx inservi missjoni. Biex inkun onest, ma kontx naf eżatt x’ se ngħidilhom. L-idea li nitlaq il-familja tiegħi u l-istudju biex inservi missjoni kienet tidher waħda assurda.

Imbagħad jum minnhom bdejt naħseb dwar il-konverżjoni tiegħi. Ġibt quddiem għajnejja lill-missjunarji li kienu għallmuni, li bil-paċenzja kollha wieġbu l-mistoqsijiet li kelli u għenuni nifhem l-evanġelju. Bdejt nirrealizza li mingħajr l-għajnuna tagħhom, qatt ma kont niskopri l-vera Knisja. Hekk kif irrealizzajt din il-ħaġa, nibtet ġo qalbi xewqa kbira li nservi. Stajt inħoss l-Ispirtu jgħidli li kelli nservi missjoni full-time.

Jiena naf li l-ħidma missjunarja hija l-ħidma ta’ Missierna tas-Smewwiet u li aħna nistgħu ngħinu nwasslu l-erwieħ għall-għarfien mill-isbaħ tal-evanġelju rrestawrat.

Ipprintja