2015
Il-Kwalitajiet ta’ Ġesù Kristu: Iben Ubbidjenti
Frar 2015


Messaġġ tal-Għalliema taż-Żjajjar, Februari 2015

Il-Kwalitajiet ta’ Ġesù Kristu: Mingħajr Dnub

Bl-għajnuna tat-talb studja dan il-materjal u fittex sabiex tkun taf x’ għandek taqsam ma’ ħutek. Kif jista’ l-għarfien tiegħek tal-ħajja tas-Salvatur u l-irwol Tiegħu jgħinek tkabbar il-fidi tiegħek fih u tbierek lil dawk li int responsabbli minnhom permezz tat-tagħlim taż-żjajjar? Għal aktar informazzjoni, żuru reliefsociety.lds.org.

Immaġni
Motto tas-Soċjetà tal-Għajnuna

Fidi, Familja, Għajnuna

Is-Salvatur tagħna, Ġesù Kristu, kien l-uniku wieħed li kapaċi jwettaq l-Att tal-Fidwa għall-umanità. “Ġesù Kristu, il-Ħaruf ta’ Alla mingħajr tebgħa, minn jeddu, qiegħed lilu nnifsu fuq l-altar tas-sagrifiċċju u ħallas il-prezz għal dnubietna,” qal il-President Dieter F. Uchtdorf, it-Tieni Kunsillier fl-Ewwel Presidenza.1 Li aħna nifhmu li Ġesù Kristu kien mingħajr dnub jgħinna nkabbru l-fidi tagħna fih u nagħmlu dak kollu li nistgħu biex inżommu l-kmandamenti Tiegħu, nindmu u nsiru safja.

“Ġesù kien …esseru tad-demm u l-laħam kif ukoll spirtu, iżda Huwa ma waqax għat-tentazzjoni (ara Mosiah 15:5),” qal il-Presbiteru D. Todd Christofferson tal-Kworum tat-Tnax-il Appostlu. “Nistgħu nduru lejh … għax Huwa jifhimna. Huwa jifhem t-taqbida tagħna, u huwa jifhem ukoll kif nistgħu nirbħu dik it-taqbida. …

“… Il-qawwa tal-Att tal-Fidwa Tiegħu tista’ teħlisna mill-effett tad-dnub li jinsab fina. Meta aħna nindmu, il-grazzja tal-Att tal-Fidwa Tiegħu tiġġustifikana u tnaddafna (ara 3 Nephi 27:16–20). Inkunu qisna qatt ma waqajna, bħallikieku ma ħallejniex it-tentazzjoni tegħlibna.

“Hekk kif nagħmlu li nistgħu, jum wara jum u ġimgħa wara ġimgħa, biex nimxu fit-triq ta’ Kristu, l-ispirtu tagħna juri l-qawwa tiegħu, il-battalja ta’ ġo fina tieqaf u t-tentazzjoni ma tibqax aktar tinkwetana.”2

Skrittura Addizzjonali

Mattew 5:48; Ġwanni 8:7; Lhud 4:15; 2 Nephi 2:5–6

Mill-Iskrittura

Is-Salvatur ħallas il-prezz ta’ dnubietna permezz tal-istat divin Tiegħu bħala Iben Alla, permezz tal-ħajja mingħajr dnub Tiegħu, permezz tas-sofferenza Tiegħu u peress li xerred demmu fil-Ġnien tal-Ġetsemani, permezz tal-mewt Tiegħu fuq is-salib u permezz tar-Reżurezzjoni Tiegħu mill-qabar. Permezz tal-Att tal-Fidwa ta’ Ġesù Kristu, aħna nistgħu nerġgħu nindafu hekk kif nindmu minn dnubietna.

Is-Sultan Benjamin għallem lin-nies tiegħu dwar l-Att tal-Fidwa ta’ Ġesù Kristu u mbagħad staqsiehom jekk kinux jemmnu kliemu. “Ilkoll għajtu b’ vuċi waħda, qalu: … l-Ispirtu … ġab bidla kbira fina, jew f’ qalbna, li aħna m’ għandniex dispożizzjoni aktar li nagħmlu l-ħażin, iżda li nagħmlu t-tajjeb kontinwament. …

“U aħna lesti li nidħlu f’ patt ma’ Alla tagħna li nagħmlu r-rieda tiegħu, u nkunu ubbidjenti lejn il-kmandamenti tiegħu f’ kull ħaġa” (Mosiah 5:1–2, 5).

Aħna wkoll nistgħu nesperjenzaw “bidla kbira” bħan-nies tas-Sultan Benjamin, li ma kellhomx “dispożizzjoni aktar li jagħmlu l-ħażin, iżda li jagħmlu t-tajjeb kontinwament” (Mosiah 5:2).

Noti

  1. Dieter F. Uchtdorf, “You Can Do It Now!” Liahona, Nov. 2013, 56.

  2. D. Todd Christofferson, “That They May Be One in Us,” Liahona, Nov. 2002, 71.

Ikkunsidra Dan

Li tkun safi kif inhu differenti minn li tkun perfett?

Ipprintja