2015
Il-Kwalitajiet ta’ Ġesù Kristu: Mans u Umli
Awwissu 2015


Messaġġ tal-Għalliema taż-Żjajjar, Awissu 2015

Il-Kwalitajiet ta’ Ġesù Kristu: Mans u Umli

Bl-għajnuna tat-talb studja dan il-materjal u fittex sabiex tkun taf x’ għandek taqsam ma’ ħutek. Kif jista’ l-għarfien tiegħek tal-ħajja tas-Salvatur u l-irwol Tiegħu jgħinek tkabbar il-fidi tiegħek fih u tbierek lil dawk li int responsabbli minnhom permezz tat-tagħlim taż-żjajjar? Għal aktar informazzjoni, żuru reliefsociety.lds.org.

Fidi, Familja, Għajnuna

Ġesù qal, “L-akbar fostkom għandu jġib ruħu ta’ l-iżgħar wieħed; u min hu fuq l-oħrajn għandu jġib ruħu ta’ qaddej. Għax min hu l-akbar, dak li jkun fuq il-mejda, jew dak li jkun qiegħed jaqdi? Mhux dak li jkun fuq il-mejda? Imma jien qiegħed fostkom nagħmilha ta’ qaddej” (Luqa 22:26–27).

“Is-Salvatur huwa l-eżempju suprem tal-qawwa tal-umiltà u l-ubbidjenza. Wara kollox, li Huwa ssottometta Ruħu għar-rieda tal-Missier wassal biex ġab fis-seħħ l-akbar u l-aktar ġrajja qawwija fl-istorja tad-dinja. Jista’ jkun li l-aktar kliem sagru fl-iskrittura kollha hu sempliċiment, ’Ir-rieda tiegħek, u mhux tiegħi’ (Luqa 22:42).”1

Bħala dixxipli ta’ Ġesù Kristu, aħna dejjem nippruvaw li nkunu bħalu. “Il-manswetudni hija importanti ferm biex aħna nsiru nixbhu lil Kristu,” qal il-Presbiteru Ulisses Soares tas-Sebgħin. Mingħajrha ma nkunux kapaċi niżviluppaw virtujiet oħra importanti. Li nkunu mansi ma jfissirx li nkunu dgħajfin, iżda jfisser li naġixxu b’ mod twajjeb u ħanin, nuru l-qawwa, is-serenità, u nemmnu fina nfusna u nikkontrollaw lilna nfusna b’ mod xieraq.”2 Hekk kif naħdmu biex niżviluppaw din il-kwalità, aħna nsibu li “jekk aħna nissottomettu b’ umlità r-rieda tagħna mal-Missier dan iwassal biex ikollna f’ ħajjitna l-qawwa ta’ Alla—il-qawwa tal-umlità. Hija l-qawwa li niffaċċjaw l-avversità tal-ħajja, il-qawwa tal-paċi, il-qawwa tat-tama, il-qawwa ta’ qalb mimlija mħabba għas-Salvatur Ġesù Kristu u t-testimonjanza Tiegħu, sewwasew il-qawwa tal-fidwa.”3

Skrittura Addizzjonali

Mattew 26:39; Ġwanni 5:30; Mosiah 3:19; Helaman 3:35

Mill-Iskrittura

Wieħed mill-aktar mumenti ħelwin u qawwija fil-ministeru ta’ Kristu kien meta Huwa ħasel riġlejn id-dixxipli Tiegħu. “Qam minn fuq il-mejda, neħħa l-mantar minn fuqu, ħa fardal u rabtu ma’ qaddu. Mbagħad ferragħ l-ilma fil-lenbija, u beda jaħsel saqajn id-dixxipli u jixxuttahomlhom bil-fardal li kellu ma’ qaddu” (Ġwanni 13:4–5).

Hekk kif is-Salvatur introduċa din l-ordinanza, id-dixxipli jafu tħawdu xi ftit li l-Mulej u l-Imgħallem tagħhom niżel għarkupptejh quddiemhom u wettaq dan is-servizz daqstant umli. Ġesù mbagħad spjega l-lezzjoni li ried li kemm huma kif ukoll aħna nitgħallmu:

“Mela jekk jien, li jien il-Mulej u l-Imgħallem, ħsiltilkom saqajkom, hekk intom għandkom taħslu saqajn xulxin.

“Għax jien tajtkom eżempju, biex kif għamilt jien magħkom, hekk tagħmlu intom ukoll.” (Ġwanni 13:14–15).

Noti

  1. Richard C. Edgley, “The Empowerment of Humility,” Liahona, Nov. 2003, 99.

  2. Ulisses Soares, “Be Meek and Lowly of Heart,” Liahona, Nov. 2013, 9.

  3. Richard C. Edgley, “The Empowerment of Humility,” 99.

Ikkunsidra Dan

Li jkollna l-umiltà kif jista’ jgħinna nħobbu kif ħabb is-Salvatur?

Ipprintja