2015
Ħallu d-Dawl Tagħkom Jiddi
Awwissu 2015


Tfal

Ħallu d-Dawl Tagħkom Jiddi

Bħala wlied Alla, intom ulied id-dawl. Intom tistgħu tiksbu aktar dawl billi timxu wara s-Salvatur tagħna, Ġesù Kristu. Ġesù Kristu u Missierna tas-Smewwiet iħobbukom u jridukom tħallu d-dawl tagħkom jiddi għal ħaddieħor u tressquhom lejn Kristu. Tistgħu tiddu billi sempliċiment tkunu dak li intom meta timxu wara l-kmandamenti, bħal per eżempju titolbu u taqraw l-iskrittura. Pinġu ftit kwiekeb fuq biċċa karta u fuqhom iktbu xi ideat kif tistgħu tħallu d-dawl tagħkom jiddi għal ħaddieħor bħala eżempju ta’ Ġesù Kristu (per eżempju, “immur il-knisja,” jew “ngħin il-familja tiegħi”).

Ipprintja