2015
Sinjal ta’ Dawl
Awwissu 2015


Żgħażagħ

Sinjal ta’ Dawl

Il-President Monson jgħallem li ż-żgħażagħ tal-Knisja “huma msejħin sabiex jieqfu bħad-dawl tat-tempju, jirriflettu d-dawl tal-evanġelju f’ dinja li, aktar ma tmur, aktar qed tiddallam.” Huwa semma xi ftit modi kif tistgħu tagħmlu dan:

  • Aqsmu l-Evanġelju

  • Emmnu

  • Żviluppaw il-fidi

  • Kunu dawl għal ħaddieħor

  • Ħudu ħsieb it-testimonjanza tagħkom sakemm issir ankra għal ħajjitkom

  • Aqraw u studjaw l-iskrittura

  • Itolbu ta’ spiss u b’ mod konsistenti

  • Servu

  • Obdu

Ikkunsidraw li tagħtu marka lilkom infuskom minn 1 sa 5 f’ kull waħda minn dawn l-aspetti. F’ erjas li fihom iġġibu skor baxx, tistgħu tistudjaw dawk is-suġġetti fl-iskrittura jew tfittxu fuqhom f’ LDS.org. Wara li tistudjaw dawn is-suġġetti, tistgħu taħsbu f’ modi kif tistgħu ssaħħu dawn l-aspetti u tfasslu ċerti għanijiet kif twettqu dan.

Ipprintja