2015
Kwalitajiet Divini ta’ Ġesù Kristu: Mimli bil-Karità u l-Imħabba
Ottubru 2015


Messaġġ tal-Għalliema taż-Żjajjar, Ottubru 2015

Kwalitajiet Divini ta’ Ġesù Kristu: Mimli bil-Karità u l-Imħabba

Bl-għajnuna tat-talb studja dan il-materjal u fittex sabiex tkun taf x’ għandek taqsam ma’ ħutek. Kif jista’ l-għarfien tiegħek tal-kwalitajiet divini tas-Salvatur ikabbar il-fidi tiegħek fih u jbierek lil dawk li int responsabbli minnhom permezz tat-tagħlim taż-żjajjar? Għal aktar informazzjoni, żuru reliefsociety.lds.org.

Fidi, Familja, Għajnuna

Il-Gwida tal-Iskrittura tiddefinixxi l-karità bħala “l-ogħla u l-aktar tip ta’ mħabba nobbli u b’ saħħitha” (“Charity”). Hija l-imħabba pura ta’ Ġesù Kristu. Hekk kif aħna nitgħallmu dwar Ġesù Kristu u nagħmlu l-almu tagħna biex insiru nixbhuh, aħna nibdew inħossu l-imħabba pura Tiegħu f’ ħajjitna u nħossuna li għandna nħobbu u naqdu lill-oħrajn kif kieku jagħmel Hu. “Il-karità tfisser li nuru l-paċenzja ma’ xi ħadd li ddiżappuntana,” qal il-President Thomas S. Monson. “Tfisser li nirreżistu l-impuls li noffendu ruħna malajr. Tfisser li naċċettaw id-dgħjufijiet u n-nuqqasijiet. Tfisser li naċċettaw lin-nies kif inhuma. Tfisser li nħarsu lil hinn mid-dehra fiżika u naraw dawk il-kwalitajiet li ma jispiċċawx biż-żmien. “Tfisser li nirreżistu l-impuls li nikkategorizzaw lil ħaddieħor.”1

“Għalhekk, għeżież ħuti, itolbu lill-Missier bil-qawwa kollha ta’ qalbkom, sabiex tkunu mimlijin b’ din l-imħabba, li huwa sawwab fuq dawk kollha li huma dixxipli vera ta’ Ibnu, Ġesù Kristu; sabiex intom issiru wlied Alla; ħalli meta lilu aħna naraw aħna nkunu bħalu, għaliex narawh kif verament hu; sabiex ikollna din it-tama; ħalli nippurifikaw ruħna sewwasew kif inhu ppurifikat hu.” (Moroni 7:48).

Skrittura Addizzjonali

Ġwanni 13:34–35; 1 Korintin 13:1–13; 1 Nephi 11:21–23; Ether 12:33–34

Mill-Istorja Tagħna

“Waħda oħt li romlot riċentiment kienet grata għall-għalliema taż-żjajjar tagħha li bkew magħha u farrġuha. Hija kitbet: ’Jiena kelli mill-aktar bżonn ta’ xi ħadd li stajt nitkellem miegħu; xi ħadd li seta’ jismagħni. … U huma semgħuni. Huma farrġuni. Huma bkew miegħi. U huma għannquni magħhom … u għenuni noħroġ mid-disprament u d-dipressjoni li kienu ħakmuni f’ dawk l-ewwel ftit xhur ta’ solitudni.’

“Mara oħra ddeskriviet is-sentimenti tagħha meta hija rċeviet att veru ta’ karità minn waħda mill-għalliema taż-żjajjar tagħha: ’Jiena kont naf li jien mhux sempliċiment numru fuq il-ktieb tar-reġistru li hija kellha żżur. Kont naf li hi verament jimpurtaha minni.’”2

Bħal dawn l-aħwa, bosta Qaddisin tal-Aħħar Jiem madwar id-dinja jistgħu jixhdu dwar il-verità ta’ din id-dikjarazzjoni mill-President Boyd K. Packer (1924-2015), il-President tal-Kworum tat-Tnax-il Appostlu:” Kemm hija ħaġa ta’ faraġ li nkunu nafu li jmorru fejn imorru joqogħdu l-membri tal-familja, hemm isibu l-Knisja tistenniehom. Mill-jum li fih huma jaslu, huwa jsir parti mill-kworum tas-saċerdozju u hija ssir parti mis-Soċjetà tal-Għajnuna.”3

Noti

  1. Thomas S. Monson, “Charity Never Faileth,” Liahona, Nov. 2010, 124.

  2. Daughters in My Kingdom: The History and Work of Relief Society (2011), 119–120.

  3. Daughters in My Kingdom, 87.

Ikkunsidraw Dan

Kif Kristu huwa l-eżempju perfett tagħna ta’ imħabba u karità?

Ipprintja