Tfal
Ħallu t-Torċa Tagħkom Taqbad b’ Aktar Qawwa
Ħafna snin ilu fil-Greċja, kien hemm tellieqa fejn l-atleti kellhom iżommu f’ idhom torċa taqbad. Kull min kien jiġri t-tellieqa kollha bit-torċa għadha taqbad kien jiġi ddikjarat rebbieħ. Il-President Uchtdorf qal li l-ħajja tixbah lil dik it-tellieqa. It-torċa li aħna nżommu f’ idna hija d-Dawl ta’ Kristu. Meta aħna nippruvaw insiru nixbhu lil Ġesù Kristu, aħna naraw li t-torċa tagħna tibda taqbad b’ aktar qawwa.
Intom x’ tistgħu tagħmlu biex issiru tixbħu aktar lil Ġesù u taraw li t-torċa tagħkom taqbad b’ aktar qawwa? Agħżlu mill-lista li ġejja:
-
Tbissmu jew sellmu lil xi ħadd li jkun jidher waħdu
-
Uru r-rabja tagħkom ma’ xi ħadd
-
Ħudu ħsieb ġisimkom
-
Waqqgħu għaċ-ċajt lil ħutkom
-
Obdu lill-profeta
-
Meta tagħmlu żball aqtgħu qalbkom mill-ewwel
-
Għinu lil xi ħadd