2015
Kebbsu t-Torċa Tagħkom: Prova ta’ 30 Ġurnata
Ottubru 2015


Żgħażagħ

Kebbsu t-Torċa Tagħkom: Prova ta’ 30 Ġurnata

Għaż-żgħażagħ fil-Knisja li jgħixu ħajja mill-aktar mgħaġġla, huwa faċli li dak li għandhom jagħmlu, speċjalment il-ħwejjeġ spiritwali, jispiċċa sempliċiment rutina. Aħna naqraw l-iskrittura, nitolbu u nqimu bl-istess mod, jum wara jum u mbagħad nistagħġbu kif il-ħajja spiritwali tagħna tispiċċa tistagħġna.

Wieħed mill-aħjar modi kif tistgħu żżommu t-torċa spiritwali tagħkom taqbad b’ qawwa hu li tiżguraw li f’ ħajjitkom intom kontinwament tesperjenzaw esperjenzi spiritwali sinifikanti. Iżda din hija ħaġa aktar faċli tgħidha milli twettaqha, għalhekk se nagħmel suġġeriment biex jgħinkom tkomplu bil-progress spiritwali tagħkom: Aħsbu dwar xi attività relatata mal-evanġelju li qatt ma wettaqtu qabel (jew ftit li xejn għamiltuha) u ddeċiedu li se twettquha kuljum għal xahar sħiħ. Tistgħu tibdew b’ xi ħaġa żgħira għaliex tindunaw li aktar faċli li ċertu tibdil żgħir jiżviluppa f’ bidla vera f’ ħajjitkom. Biex inwettqu ħwejjeġ spiritwali li m’aħniex imdorrijin inwettqu jeħtieġ li nuru aktar fidi u nagħmlu sforz akbar, iżda meta jirnexxielna nagħmlu dan, aħna nkunu qed nistiednu lill-Ispirtu s-Santu jkun magħna, u aħna nkunu qed nuru fidi akbar f’ Missierna tas-Smewwiet u xewqa akbar li nersqu viċin Tiegħu. Dawn huma xi ftit ideat biex jgħinukom tibdew.

  • Fasslu għan li tgħidu t-talb tagħkom kull filgħodu u kull filgħaxija. Ippruvaw itolbu b’ leħen għoli.

  • Qumu 15-il minuta qabel u aqraw l-iskrittura tagħkom qabel tmorru l-iskola.

  • Aqraw id-diskors tal-konferenza ġenerali

  • Ippustjaw xi skrittura mill-Ktieb ta’ Mormon fuq il-midja soċjali.

  • Isimgħu innijiet jew mużika tal-Knisja minflok il-mużika li ssoltu tisimgħu.

Ipprintja