2015
Il-Kwalitajiet ta’ Ġesù Kristu: Mans u Umli
Diċembru 2015


Messaġġ tal-Għalliema taż-Żjajjar, Diċembru 2015

Il-Kwalitajiet ta’ Ġesù Kristu: Mans u Umli

Bl-għajnuna tat-talb studja dan il-materjal u fittex sabiex tkun taf x’ għandek taqsam ma’ ħutek. Kif jista’ l-għarfien tiegħek tal-kwalitajiet divini tas-Salvatur ikabbar il-fidi tiegħek fih u jbierek lil dawk li int responsabbli minnhom permezz tat-tagħlim taż-żjajjar? Għal aktar informazzjoni, żuru reliefsociety.lds.org.

Immaġni
Il-motto tas-Soċjetà tal-Għajnuna

Fidi, Familja, Għajnuna

“Fl-iskrittura, il-kelma kompassjoni tfisser letteralment ‘li ssofri ma’.’ Tfisser ukoll li turi simpatija, ħasra u ħniena ma’ ħaddieħor.”1

“Ġesù pprovdielna bosta eżempji ta’ kompassjoni,” qal il-President Thomas S. Monson. “Ir-raġel magħtub fil-menqgħa ta’ Betżada; il-mara li ttieħdet quddiemu minħabba adulterju; il-mara ħdejn il-bir ta’ Ġakobb; it-tifla ta’ Ġajru; Lazzru, ħu Marija u Marta —ilkoll jirrappreżentaw lil xi ħadd imweġġa’ jew saħansitra mejjet fit-triq ta’ Ġeriko. Kollha kellhom bżonn l-għajnuna.

“Lir-raġel magħtub ġewwa Betżada, Ġesù qallu, ‘Qum, aqbad friexek u imxi.’ Lill-mara midinba huwa wasslilha dan il-kunsill, ’Mur, u mil-lum ’il quddiem tidnibx iżjed.’ Biex jgħin lil dik li marret timla l-ilma, Huwa pprovdielha bir ta’ ilma ‘li jwassal sal-ħajja ta’ dejjem.’ Lit-tifla mejta ta’ Ġajru Huwa kkmandaha, ‘Tfajla, qiegħed ngħidlek, qum.’ Lil Lazzru li kien ġewwa l-qabar qallu, ‘Oħroġ.’

“Is-Salvatur dejjem wera kompassjoni bla limitu. … Ejjew niftħu l-bibien ta’ qlubna, sabiex Huwa—l-eżempju ħaj ta’ kompassjoni vera—jkun jista’ jidħol.”2

Skrittura Addizzjonali

Salm 145:8; Żakkarija 7:9; 1 Pietru 3:8; Mosiah 15:1, 9; 3 Nephi 17:5–7

Mill-Iskrittura

“Jiena u żewġi nżilna għarkopptejna ħdejn bintna ta’ 17-il sena u tlabna biex hija ma tmutx,” qalet Linda S. Reeves, it-tieni kunsillier fil-presidenza ġenerali tas-Soċjetà tal-Għajnuna. “It-tweġiba kienet le, iżda . … kien hemm bżonn li nsiru nafu … li … is-Salvatur għandu kompassjoni lejna fin-niket tagħna.”3

“Waħda mill-aktar stejjer favoriti tiegħi mill-ħajja tas-Salvatur hija l-istorja ta’ Lazzru. L-iskrittura tgħidilna li ‘Ġesù kien iħobbhom lil Marta u lil oħtha Marija u lil ħuhom Lazzru.’”4 Meta Lazzru kien marad sew, Ġesù kien ġie mgħarraf b’ dan, iżda meta Huwa wasal Lazzru kien diġà miet. Marija marret tiġri fuq Ġesù, inxteħtet f’riġlejh, u bkiet. Meta Ġesù ra lil Marija tibki, “ħass ruħu mqanqal u … beka” (Ġwanni 11:33, 35).

“Dan hu li mitlubin nagħmlu. Għandna nħossu u naraw b’ għajnejna u mbagħad ngħinu lill-ulied kollha ta’ Missierna tas-Smewwiet sabiex iħossu u jaraw u jsiru jafu li s-Salvatur tagħna ħa fuqu nnifsu mhux biss dnubietna kollha iżda wkoll l-uġigħ tagħna u s-sofferenza tagħna sabiex Huwa jkun jaf aħna x’ inħossu u kif jista’ jfarraġna.”5

Noti

  1. Guide to the Scriptures, “Compassion.”

  2. Thomas S. Monson, “The Gift of Compassion,” Liahona, Mar. 2007, 4–5, 8.

  3. Linda S. Reeves, “The Lord Has Not Forgotten You,” Liahona, Nov. 2012, 120.

  4. Linda S. Reeves, “The Lord Has Not Forgotten You,” 118.

  5. Linda S. Reeves, “The Lord Has Not Forgotten You,” 120.

Ikkunsidra Dan

Min jista’ jitbierek permezz tal-kompassjoni tiegħek?

Ipprintja