2015
Modi kif Inservu fi Żmien il-Milied
Diċembru 2015


Żgħażagħ

Modi kif Inservu fi Żmien il-Milied

Il-President Monson jiddedika ħin biex iżur l-anzjani fi djarhom jew fi djar tal-anzjani, speċjalment fi żmien il-Milied. Huwa nnota li hemm dawk li jinsabu kunteni għax kien hemm minn mar jarahom, filwaqt li oħrajn għadhom biss bit-tama li jmorru jżuruhom dawk li qatt ma jżuruhom. Hemm nies li qed jistennew li xi ħadd imur iżurhom—forsi f’ dan il-Milied, intom tistgħu tkunu dak ix-xi ħadd.

Din li ġejja hi lista ta’ xi ftit modi kif intom tistgħu tagħmlu ħilitkom biex tiżguraw li ħadd ma jħossu waħdu dan il-Milied. Tiddejqux taħsbu dwar modi oħra kif tistgħu tilħqu lin-nies tal-komunità tagħkom f’ dan l-istaġun. “Hemm xi ħadd li qed jistenna li inti żżuru?”

  • Agħmlu xi kartolini tal-Milied biex tibagħtuhom lill-missjunarji u lill-membri single jew anzjani li hemm fil-qasam jew fil-fergħa tagħkom.

  • Agħmlu xi ħidma volontarja ma’ xi organizzazzjoni fil-komunità tal-lokal tagħkom.

  • Agħtu kopji tal-Ktieb ta’ Mormon bħala rigali tal-Milied lil sħabkom u lil ġirien tagħkom.

  • Żuru lin-nies anzjani fil-qasam jew fil-familja tagħkom.

  • Irregalaw u ħudu personalment xi ħaġa żgħira lill-ġirien tagħkom.

Ipprintja