2016
Ħwejjeġ li Jwasslu għall-Ferħ
Jannar 2016


Żgħażagħ

Ħwejjeġ li jwasslu għall-Ferħ

Il-President Eyring jgħallem li “l-ferħ li nixtiequ lill-maħbubin tagħna jiddependi fuq l-għażliet tagħhom.”

Tistgħu taqraw dwar l-effett li jistgħu jħallu dawk l-għażliet mill-eżempji ta’ Nefi, Laman u Lemwel. Laman u Lemwel gergru u ma ridux iżommu l-kmandamenti (ara 1 Nephi 2:12). B’ riżultat ta’ dan, huma u d-dixxendenti tagħhom ġew misħutin u tkeċċew lil hinn mill-preżenza tal-Mulej (ara 2 Nephi 5:20–24). Nefi għażel li jobdi l-kmandamenti (ara 1 Nephi 3:7), u minħabba f’ hekk, hu u l-poplu tiegħu, “għexu ħajja ta’ ferħ” (2 Nephi 5:27).

Intom tistgħu tagħżlu li tkunu twajba u ferħana. Iżda n-nies ta’ madwarkom probabbilment xorta waħda jistgħu jagħmlu għażliet ħżiena li jwasslu għall-miżerja jew għall-iskumdità. Filwaqt li dawk huma deċiżjonijiet li huma biss jistgħu jagħmlu, l-eżempju tagħkom jista’ jinfluwenza għat-tajjeb l-għażliet tagħhom. Kif jistgħu l-għażliet tagħkom iwasslu l-ferħ lil ħaddieħor? Iddiskutu mal-familja tagħkom modi differenti kif intom tistgħu tinfluwenzaw b’ mod pożittiv lil dawk ta’ madwarkom u tgħinuhom iħossu l-ferħ.

Ipprintja