2016
Il-Familja: Proklamazzjoni lid-Dinja
Jannar 2016


Messaġġ tal-Għalliema taż-Żjajjar, Jannar 2016

Il-Familja: Proklamazzjoni lid-Dinja

Bl-għajnuna tat-talb studja dan il-materjal u fittex sabiex tkun taf x’ għandek taqsam ma’ ħutek. Jekk intom tifhmu sewwa d-duttrina tal-familja kif jista’ dan iwassal biex jiġu mberkin dawk li intom tieħdu ħsieb permezz tat-tagħlim taż-żjajjar? Għal aktar informazzjoni, żuru reliefsociety.lds.org.

Fidi, Familja, Għajnuna

Dwar il-laqgħa ġenerali tas-Soċjetà tal-Għajnuna fl-1995, meta l-President Gordon B. Hinckley (1910–2008) qara għall-ewwel darba “Il-Familja: Proklamazzjoni lid-Dinja,” Bonnie L. Oscarson, president ġenerali tat-Tfajliet, qalet: “Aħna apprezzajna ferm u konna grati għaċ-ċarezza, is-sempliċità u l-verità ta’ dan id-dokument rivelatorju. … Il-proklamazzjoni dwar il-familja saret l-istandard li permezz tiegħu aħna niġġudikaw il-filosofiji tad-dinja, u jiena nixhed li l-prinċipji li jissemmew … huma vera llum daqs kemm kienu meta ġew mogħtija lilna minn profeta ta’ Alla kważi 20 sena ilu.”1

“Mill-proklamazzjoni tal-familja,” kompliet tgħid Carole M. Stephens, l-ewwel kunsillier fil-presidenza ġenerali tas-Soċjetà tal-Għajnuna, “nitgħallmu, ’Fir-renju primortali, l-ulied spirti kienu jafu u jqimu lil Alla bħala l-Missier Etern tagħhom’2 …

“… Aħna lkoll nagħmlu parti mill-familja ta’ Alla u aħna meħtieġa fiha.”3

Aħna ngħixu fi żmien meta l-ġenituri hemm bżonn li jipproteġu djarhom u l-familji tagħhom. “Il-Familja: Proklamazzjoni lid-Dinja” tista’ tiggwidana.

Skrittura Addizzjonali

Mosiah 8:16–17; Doctrine and Covenants 1:38

Stejjer Ħajjin

“Lee Mei Chen Ho mit-Tielet Qasam ta’ Tao Yuan, fil-Wited ta’ Tao Tuan fit-Tajwan, qalet li l-proklamazzjoni għallmitha li r-relazzjonijiet tal-familja jgħinu biex jiġu żviluppati karatteristiċi divini bħall-fidi, il-paċenzja u l-imħabba. ’Meta nipprova ntejjeb lili nnifsi skont il-proklamazzjoni, jiena nista’ nesperjenza ferħ mill-aktar reali,’ hija qalet.”4

Barbara Thompson, li kienet preżenti meta l-proklamazzjoni nqrat għall-ewwel darba u li aktar tard serviet bħala kunsillier fil-presidenza ġenerali tas-Soċjetà tal-Għajnuna, qalet: “Għal mument ħsibt li l-proklamazzjoni tal-familja ma tantx kienet tolqot lili per se peress li la kont miżżewġa u lanqas kelli tfal. Però ma domtx m’għidt bejni u bejn ruħi, ‘Iżda din tolqot lili wkoll. Jiena membru ta’ familja. Jiena bint, oħt, zija, kuġina u neputija. … Anke jekk jiena kont l-unika membru ħajja fil-familja tiegħi, jiena xorta waħda membru tal-familja ta’ Alla.’”5

Noti

  1. Bonnie L. Oscarson, “Defenders of the Family Proclamation,” Liahona, Mejju 2015, 14–15.

  2. “Il-Familja: Proklamazzjoni lid-Dinja,” Liahona, Nov. 2010, 129.

  3. Carole M. Stephens, “The Family Is of God,” Liahona, Mejju 2015, 11.

  4. Nicole Seymour, “‘The Family: A Proclamation to the World’ reaches 10-Year Milestone, Liahona, Nov. 2005, 127.

  5. Barbara Thompson, in Daughters in My Kingdom: The History and Work of Relief Society (2011), 148.

Ikkunsidra Dan

Kif “Il-Familja: Proklamazzjoni lid-Dinja” hija dokument għal żmienna?

Ipprintja