2016
l-isfida tat-tjubija
Jannar 2016


Tfal

L-Isfida tat-Tjubija

Meta Ġesù żar lin-nies fil-Kontinent Amerikan, Huwa għallimhom sabiex iħobbu lil xulxin u jkunu ħanina. X’ tistgħu tagħmlu biex timxu wara Ġesù u tħobbu lill-oħrajn? Dawn li ġejjin huma xi ftit ideat. Immarkaw kull sfida kif twettquha.

  • □ Jiena nista’ ngħannaq lil xi ħadd li jinsab imdejjaq.

  • □ Jiena nista’ nservi lil xi ħadd mingħajr ebda daqq ta’ trombi.

  • □ Jiena nista’ naqra jew insegwi diskors ta’ konferenza dwar li tkun ħanin.

  • □ Jiena nista’ nkanta għanja tal-Primarja lill-familja tiegħi.

  • □ Jiena nista’ nitbissem lil xi ħadd li jidher waħdu.

  • □ Jiena nista’ ____________________________________.

  • □ Jiena nista’ ____________________________________.

Ipprintja