2016
Leali lejn il-Fidi Tagħhom
Lulju 2016


Żgħażagħ

Leali lejn il-Fidi Tagħhom

Il-President Monson jirrakkonta storja dwar familja pijuniera u mbagħad jikkwota lill-President George Albert Smith: “Lesti intom li tgħixu leali lejn il-fidi tal-antenati tagħkom? … Agħmlu dak kollu li tistgħu biex tkunu denji tas-sagrifiċċji kollha li huma għamlu għalikom.” Kemm jekk l-antenati tagħkom kienu pijunieri jew anke jekk intom l-ewwel ġenerazzjoni bħala membri tal-Knisja, tħarsu intom lejn eżempji ta’ fidi għall-gwida u l-qawwa? Dan huwa mod tajjeb kif tistgħu tibdew:

1. Agħmlu lista ta’ nies li tammiraw. Dawn jistgħu jkunu membri tal-familja tagħkom (mill-passat jew preżent), ħbieb, mexxejja tal-Knisja jew nies mill-iskrittura.

2. Iktbu xi kwalitajiet li huma għandom li jogħġbukom. Ommkom verament mara paċenzjuża? Forsi l-ħabib tagħkom hu ħanin ma’ ħaddieħor. Jaf tammiraw il-kuraġġ tal-Kaptan Moroni.

3. Agħżlu kwalità waħda mil-lista tagħkom u staqsu lilkom infuskom, “Kif nista’ nikseb din il-kwalità? X’ nista’ nagħmel biex niżviluppa din f’ ħajti?”

4. Iktbu fuq karta x’inhuma l-pjanijiet tagħkom biex tiżviluppaw din il-kwalità u poġġuha x’imkien fejn tkunu tistgħu tarawha spiss, biex tfakkarkom fl-għan tagħkom. Itolbu għall-għajnuna ta’ Missierna tas-Smewwiet u agħtu ħarsa regolarment lejn il-progress tagħkom. La darba tħossu li żviluppajtu din il-kwalità b’mod suffiċjenti, tistgħu tagħżlu xi kwalità oħra biex taħdmu fuqha.

Ftakru li hekk kif niżviluppaw kwalitajiet kbar fina nfusna, aħna mhux biss nonoraw il-fidi tal-antenati tagħna u s-sagrifiċċju li huma għamlu, iżda nistgħu nkunu wkoll influwenza tajba għal dawk ta’ madwarna.

Ipprintja