2016
Il-Potenzjal Tagħna li Nkunu Ġenituri
Lulju 2016


Messaġġ tal-Tagħlim taż-Żjajjar, Lulju 2016

Il-Potenzjal Tagħna li Nkunu Ġenituri

Bl-għajnuna tat-talb studjaw dan il-materjal u fittxu sabiex tkunu tafu x’ għandkom taqsmu ma’ ħutkom. Li tifhmu “Il-Familja: Proklamazzjoni lid-Dinja” kif jista’ jwassalkom biex tkabbru l-fidi tagħkom f’ Alla u tbierku lil dawk li intom responsabbli tagħhom permezz tat-tagħlim taż-żjajjar? Għal aktar informazzjoni, żuru reliefsociety.lds.org.

Fidi, Familja, Għajnuna

“Kien essenzjali li l-ulied spirtu ta’ Alla jitwieldu fil-mortalità u jkollhom opportunità li jibqgħu mexjin ’il quddiem lejn il-ħajja eterna,” għallem il-Presbiteru Dallin H. Oaks tal-Kworum tat-Tnax-il Appostlu. “Fid-dawl tal-għan aħħari tal-pjan il-kbir ta’ ferħ, jien nemmen li t-teżori aħħarija tagħna fid-dinja u fis-smewwiet huma wliedna u wlied uliedna.”1

Il-Presbiteru Neil L. Andersen tal-Kworum tat-Tnax-il Appostlu qal:

“Aħna nemmnu fil-familji u nemmnu fit-tfal. …

“‘… Alla qal lil Adam u Eva, nisslu u oktru, u imlew l-art’ [Ġenesi 1:28]. …

“Dan il-kmandament ma ġiex minsi jew ġie mwarrab mill-Knisja ta Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Jiem.”2

Minkejja li mhux kollha kemm aħna nsiru ġenituri f’ din il-ħajja, aħna nistgħu nieħdu ħsieb it-tfal ta’ kull età. Aħna ngawdu l-barkiet li nagħmlu parti mill-familja ta’ Missierna tas-Smewwiet u aħna nesperjenzaw il-ferħ u l-isfidi bħala parti minn familja fid-dinja. U għal ħafna, li tkunu ġenituri hi xi ħaġa li qed tistennikom fl-eternitajiet.

Skrittura Addizzjonali

Salm 127:3; Mattew 18:3–5; 1 Nephi 7:1; Moses 5:2–3

Stejjer Ħajjin

“Illum bosta ilħna fid-dinja jnaqqsu mill-importanza li jkollok it-tfal jew jissuġġerixxu li tħallu ż-żmien jgħaddi jew tillimitaw in-numru ta’ tfal fil-familja,” qal il-Presbiteru Andersen. “M’ilux uliedi l-bniet għamluli referenza għal blog miktub minn omm Kristjana (mhux tat-twemmin tagħna) li għandha ħamest ulied. Hija kummentat: ‘Għalina li qed ngħixu f’ din il-kultura, hija diffiċli ħafna li jkollna perspettiva bibblika dwar l-irwol ta’ omm. … L-importanza tat-tfal tiġi ferm wara l-istudju. Wara l-ivvjaġġar mad-dinja bħala divertiment. Wara l-abbiltà li toħroġ filgħaxija fejn u kif jogħġbok. Wara li tintona ġismek fil-ġim. Wara xi impjieg li jista’ jkollok jew li tittama li jkollok.’ Imbagħad kompliet: ‘Li tkun omm mhuwiex passatemp, huwa sejħa. Intom ma ġġemmgħux it-tfal għax tarawhom aktar ħelwin mill-bolol. Mhux xi ħaġa li tistgħu tagħmlu jekk taħsbu li tistgħu ssibu l-ħin għaliha. Hija dik il-ħaġa li minħabba fiha Alla tagħkom il-ħin.’”3

Noti

  1. Dallin H. Oaks, “The Great Plan of Happiness,” Ensign, Nov. 1993, 72, 75.

  2. Neil L. Andersen, “Children,” Liahona, Nov. 2011, 28.

  3. Neil L. Andersen, “Children,” 28.

Ikkunsidra Dan

B’liema mod il-familja tagħna fid-dinja tixbah lill-familja tagħna fis-smewwiet?

Ipprintja