Żgħażagħ
Żommu l-Kmandamenti u Ħobbu lil Oħrajn
Meta aħna naħsbu fuq l-imħabba, ħafna drabi l-ewwel ħaġa li tiġi f’ moħħna tkun xi film romantiku, iċ-ċukkulata u l-fjuri. Iżda l-imħabba—l-vera mħabba—hija ferm aktar profonda u altruwista minn hekk. Ġesù Kristu għex għalina u miet għalina minħabba l-imħabba Tiegħu għalina. Fil-fatt, iż-żewġ kmandamenti kbar huma li nħobbu lil Alla u li nħobbu lil kull persuna oħra (ara Mattew 22:36–40). Iżda aħna kif nistgħu nuru lill-oħrajn li aħna nħobbuhom?
Il-President Uchtdorf qasam magħna l-parabbola ta’ Kristu dwar iż-żewġ ulied subien, wieħed li kien jaħdem għal missieru u l-ieħor li ma kienx. Is-Salvatur għamilha ċara li kien biss dak l-iben li kien jobdi lil missieru li verament kien iħobbu. Bl-istess mod, meta aħna nobdu l-kmand ta’ Alla, aħna nuru li aħna nħobbuh u rridu nerġgħu lura għandu.
Iżda kif nistgħu nuru li aħna nħobbu lil kull persuna oħra? Il-President Uchtdorf spjega dan ukoll: “Jekk aħna verament inħobbu lill-proxxmu tagħna, aħna noffru lilna nfusna biex ngħinu ‘lill-foqra u lil dawk fil-bżonn, lill-morda u lil dawk li qed isofru.’ Għaliex dawk li jwettqu dawn l-għemejjel altruwisti ta’ kompassjoni u servizz, huwa dawk li verament huma dixxipli ta’ Ġesù Kristu.”
Għalhekk issa meta taraw lil xi ħadd mill-ġenituri tagħkom, jew minn ħutkom, jew xi ħabib tagħkom, araw x’ tagħmlu biex taqduhom biex intom turu l-imħabba tagħkom lejhom. Dan mhux biss jagħmel lilhom u lilkom stess ferħana, iżda jagħmel ferħan ukoll lil Missierkom fis-Smewwiet.