2016
Li Tkun Ġenitur Huwa Dmir Sagru
Settembru 2016


Messaġġ tal-Għalliema taż-Żjajjar, Settembru 2016

Li Tkun Ġenitur Huwa Dmir Sagru

Bl-għajnuna tat-talb studjaw dan il-materjal u fittxu li tiksbu l-ispirazzjoni biex tkunu tafu x’ għandkom taqsmu ma’ ħutkom. Li tifhmu “Il-Familja: Proklamazzjoni lid-Dinja” kif jista’ jwassalkom biex tkabbru l-fidi tagħkom f’ Alla u tbierku lil dawk li intom responsabbli tagħhom permezz tat-tagħlim taż-żjajjar? Għal aktar informazzjoni, żuru reliefsociety.lds.org.

Il-motto tas-Soċjetà tal-Għajnuna

Fidi, Familja, Għajnuna

Missierna tas-Smewwiet waqqaf il-familji biex jgħinna ngħallmu prinċipji korretti f’ ambjent ta’ mħabba. Il-President Thomas S. Monson qal: “Għaddi kumpliment lit-tifel tiegħek u għannqu miegħek; għidlu aktar ta’ spiss ‘inħobbok’; dejjem esprimi l-gratitudni tiegħek. Qatt tħalli problema li għad trid tissolva ssir aktar importanti minn persuna li inti tħobb.”1

Susan W. Tanner, li kienet president ġenerali tat-Tfajliet, għallmet: “Missierna tas-Smewwiet huwa eżempju tajjeb tal-mudell li għandna nimxu warajh. Huwa jħobbna, jgħallimna, huwa paċenzjuż magħna, u jafdana bl-għażla ħielsa tagħna. … Xi kultant id-dixxiplina, li tfisser ‘li tgħallem,’ nitħawduha mal-kritika. It-tfal—kif ukoll nies ta’ kull età—itejbu l-imġieba tagħhom jekk aħna nuruhom l-imħabba u ninkuraġġuhom ferm aktar milli kieku noqogħdu nippruvaw insibu d-difetti tagħhom.”2

“Jekk b’ fedeltà aħna nitolbu flimkien bħala familja, nistudjaw l-iskrittura, inżommu l-lejla d-dar mal-familja, ikollna l-barkiet tas-saċerdozju, u nosservaw jum is-Sabbath,” qal il-Presbiteru Quentin L. Cook tal-Kworum tat-Tnax-il Appostlu, “uliedna jkunu mħejjijin għal dar eterna fis-smewwiet, ikun xi jkun dak li jgħaddu minnu f’ din id-dinja mill-aktar diffiċli.”3

Skrittura Addizzjonali

1 Nephi 8:37; 3 Nephi 22:13; Doctrine and Covenants 93:40; 121:41

Stejjer Ħajjin

“Jien kont qed naqra l-gazzetta meta wieħed min-neputijiet ċkejknin tiegħi poġġa bilqiegħda ħdejja,” qal il-Presbiteru Robert D. Hales tal-Kworum tat-Tnax-il Appostlu. “Hekk kif bdejt naqra, ħadt gost nisma’ l-leħen ħelu tiegħu jitkellem fl-isfond. Immaġinaw is-sorpriża tiegħi meta, ftit mumenti wara, huwa daħal bejni u bejn il-gazzetta. Wara li missli ħaddejja b’ idejh u beda jagħfas imnieħru ma’ tiegħi, huwa staqsieni, ‘Nannu! Inti qed tisma’ x’ jien ngħid?’

“… Li tkun hemm ifisser li tifhem il-qlub taż-żgħażagħ u tikkonnettja magħhom. U li tikkonnettja magħhom ma jfissirx biss li titkellem magħhom iżda li tagħmel ċerta affarijiet magħhom. …

“Għandna nippjanaw u nieħdu vantaġġ minn kull mument biex ngħallmuhom. …

“… Aktar ma nikber, aktar nagħraf li l-mumenti ta’ tagħlim fiż-żogħżija tiegħi, speċjalment dawk li pprovdewli l-ġenituri tiegħi, wasslu biex fassluli ħajti u għamluni dak li jien.”4

Noti

  1. Thomas S. Monson, “Love at Home—Counsel from Our Prophet,” Liahona, Aww. 2011, 4.

  2. Susan W. Tanner, “Did I Tell You … ?” Liahona, Mejju 2003, 74.

  3. Quentin L. Cook, “The Lord Is My Light,” Liahona, Mejju 2015, 64.

  4. Robert D. Hales, “Our Duty to God: The Mission of Parents and Leaders to the Rising Generation,” Liahona, Mejju 2010, 96, 95.

Ikkunsidraw Dan

Għaliex l-aħjar mod kif ngħallmu l-evanġelju huwa permezz tal-lingwa u l-eżempju tal-imħabba?