2016
Nuru Mħabbitna
Settembru 2016


Tfal

Nuru Mħabbitna

Ġesù rrakkonta storja dwar missier u ż-żewġ uliedu subien. Il-missier ħadem fl-għalqa tad-dwieli u talab liż-żewġ uliedu s-subien biex jgħinuh. L-ewwel iben għall-ewwel qal le iżda aktar tard mar biex jgħin fl-għalqa tad-dwieli. It-tieni iben qal li kien se jmur jgħin, iżda mbagħad qatt ma għamel dan. Ġesù għallem li l-ewwel iben wera aktar imħabba lejn missieru għaliex kien ubbidjenti.

Irreċtaw din l-istorja! Imbagħad iktbu jew pinġu tliet ħwejjeġ li tistgħu tagħmlu biex turu l-imħabba tagħkom lejn Missierna tas-Smewwiet.

Ipprintja