2016
In-Nirien u l-Lezzjonijiet ta’ Ubbidjenza
Ottubru 2016


Żgħażagħ

In-Nirien u l-Lezzjonijiet ta’ Ubbidjenza

Il-President Thomas S. Monson darba tkellem dwar żmien li fih huwa tgħallem dwar l-importanza tal-ubbidjenza. Meta huwa kellu tmien snin, il-membri tal-familja tiegħu marru jqattgħu ftit żmien f’ kamra tal-injam li huma kellhom qalb il-muntanji. Hu u sieħbu riedu jnaddfu biċċa roqgħa ħaxix biex fuqha huma jkunu jistgħu jagħmlu ħuġġieġa. Huma ppruvaw jaqtgħu l-ħaxix b’ idejhom, fejn bdew jiġbdu b’ kemm saħħa kellhom, iżda kull ma rnexxielhom jaqilgħu mill-art kien biss ftit ħaxix. Il-President Monson spjega, “U mbagħad fil-moħħ ta’ tmien snin li jiena kelli, feġġet is-soluzzjoni perfetta. Lil Danny għidtlu, ‘Kull ma rridu hu li nagħtu n-nar li dan il-ħaxix. Irridu biss naħarqu ċirku ħaxix!”

Avolja kien jaf li ma kellux permess jużahom, huwa mar jiġri ġewwa l-kamra tal-injam ifittex li jsib xi sulfarini; imbagħad hu u Danny qabbdu ħuġġieġa żgħira fuq dik il-roqgħa ħaxix. Huma ħasbu li n-nar kien se jintefa waħdu, iżda minflok kompla jikber u sar ħuġġieġa nar mill-aktar kbira u perikoluża. Hu u Danny marru jiġru għall-għajnuna, u fil-pront għadd ta’ adulti telqu jħaffu biex jitfu n-nar qabel ma jilħaq is-siġar.

Il-President Monson kompla, “Dakinhar jiena u Danny tgħallimna għadd ta’ lezzjonijiet diffiċli iżda importanti — u l-importanza tal-ubbidjenza kienet żgur waħda mill-iktar importanti.” (Ara “Obedience Brings Blessings,” Liahona, Mejju 2013, 89–90.)

Bħall-President Monson, intom qatt spiċċajtu titgħallmu xi tagħlima dwar l-ubbidjenza wara li l-ewwel kellkom tgħaddu minn xi mument diffiċli? X’ tistgħu tagħmlu biex fil-futur permezz tal-ubbidjenza intom iżżommu lilkom infuskom ‘il bogħod mill-periklu?

Ipprintja