2016
Il-Familja Hija Ordnata Minn Alla.
Ottubru 2016


Messaġġ tal-Għalliema taż-Żjajjar, Ottubru 2016

Il-Familja Hija Ordnata Minn Alla

Bl-għajnuna tat-talb studjaw dan il-materjal u fittxu sabiex ikollkom l-ispirazzjoni ħalli tkunu tafu x’ għandkom taqsmu ma’ ħutkom. Li tifhmu sew “Il-Familja: Proklamazzjoni lid-Dinja” kif jista’ jwassalkom biex tkabbru l-fidi tagħkom f’ Alla u tbierku lil dawk li intom responsabbli tagħhom permezz tat-tagħlim taż-żjajjar? Għal aktar informazzjoni, żuru reliefsociety.lds.org.

Fidi, Familja, Għajnuna

“Kliem il-għanja tal-Primarja, ‘Il-Familja Ġejja Minn Alla,’ … ifakkarna dwar id-duttrina pura,” qalet Carole M. Stephens, l-Ewwel Kunsillier fil-President Ġenerali tas-Soċjetà tal-Għajnuna. “Aħna mhux biss nitgħallmu li l-familja ġejja minn Alla iżda wkoll li aħna lkoll parti mill-familja ta’ Alla. …

“… Il-pjan tal-Missier għal uliedu huwa pjan ta’ mħabba. Huwa pjan biex jgħaqqad lil uliedu—il-familja Tiegħu—Miegħu.”1

Il-Presbiteru L. Tom Perry (1922–2015) tal-Kworum tat-Tnax-il Appostlu qal: “Aħna nemmnu wkoll li l-familji tradizzjonali u b’ saħħithom mhumiex biss il-unit bażiku ta’ soċjetà stabbli, ekonomija stabbli u kultura ta’ valuri stabbli—iżda li huma wkoll il-units bażiċi tal-eternità u tas-saltna u l-gvern ta’ Alla.

“Aħna nemmnu li l-organizzazzjoni u l-gvern tas-sema se jinbena madwar il-familji u l-familji estiżi.”2

“Kull persuna, hi x’inhi ċ-ċirkustanza tagħha fiż-żwieġ jew għandha kemm għandha tfal, tista’ tkun difensura tal-pjan tal-Mulej kif deskritt fil-proklamazzjoni tal-familja,” qalet Bonnie L. Oscarson, il-President Ġenerali tat-Tfajliet. “Jekk dan huwa l-pjan tal-Mulej, għandu jkun ukoll il-pjan tagħna!”3

Skrittura Addizzjonali

Doctrine and Covenants 2:1–3; 132:19

Duttrina tal-Familja

Sister Julie B. Beck, li kienet President Ġenerali tas-Soċjetà tal-Għajnuna, għallmet li t-teoloġija tal-familja hija bbażata fuq il-Ħolqien, il-Waqgħa u l-Att tal-Fidwa ta’ Ġesù Kristu:

“Il-Ħolqien tad-dinja pprovda post li fih jistgħu jgħixu l-familji. Alla ħoloq raġel u mara li kienu ż-żewġ nofsijiet essenzjali ta’ familja. Kien parti mill-pjan ta’ Missierna tas-Smewwiet li Adam u Eva jiġu ssiġillati u flimkien jiffurmaw familja eterna.

“… Il-Waqgħa għamlitha possibbli li huma jkollhom it-tfal.

“L-Att tal-Fidwa ta’ Kristu jagħti ċ-ċans li l-familja tiġi ssiġillata flimkien għall-eternità. Jagħti ċ-ċans li l-familji jkollhom tkabbir etern u perfezzjoni eterna. Il-pjan ta’ ferħ, li jissejjaħ ukoll il-pjan tas-salvazzjoni, kien pjan li ġie maħluq għall-familji. …

“… Din kienet id-duttrina ta’ Kristu. … Mingħajr il-familja, m’hemm l-ebda pjan; m’hemm l-ebda raġuni għall-ħajja mortali.”4

Noti

  1. Carole M. Stephens, “The Family Is of God,” Liahona, Mejju 2015, 11, 13.

  2. L. Tom Perry, “Għaliex iż-Żwieġ u l-Familja huma importanti—Kullimkien fid-Dinja,” Liahona, Mejju 2015, 41.

  3. Bonnie L. Oscarson, “Defenders of the Family Proclamation,” Liahona, Mejju 2015, 15.

  4. Julie B. Beck, “Teaching the Doctrine of the Family,” Liahona, Mar. 2011, 32, 34.

Ikkunsidraw Dan

Għaliex il-familja hija l-aktar unit importanti, kemm f’ din il-ħajja, kif ukoll fl-eternità?

Ipprintja