2017
Tbissima Tista’ Tagħmel id-Differenza Kollha
Jannar 2017


Żgħażagħ

Tbissima Tista’ Tagħmel id-Differenza Kollha

Il-President Uchtdorf jidentifika żewġ għanijiet li għandna niffokaw fuqhom biex jiggwidawna fl-imġieba tagħna: inħobbu lil Alla u inħobbu lil għajrna. Iżda xi kultant mhuwiex daqstant faċli li nħobbu lil ħaddieħor. Tul ħajjitkom jaf ikun hemm mumenti fejn issibuha diffiċli tiffaċċjaw ċerti nies— forsi xi ħadd li weġġagħkom jew xi ħadd li ssibuha diffiċli tikkomunikaw miegħu. F’ dawn il-mumenti, ippruvaw ftakru fl-imħabba li ħassejtu fikom, imħabba li intom rċevejtu minn sħabkom, mill-familja tagħkom, minn Missierkom tas-Smewwiet u minn Ġesù Kristu. Ftakru fil-ferħ li ħassejtu f’ dawn is-sitwazzjonijiet u ppruvaw immaġinaw jekk kulħadd ikollu l-opportunità li jħoss ukoll daqstant imħabba. Ftakru li kulħadd huwa iben Alla, jew bint Alla, u jistħoqqlu kemm l-imħabba Tiegħu kif ukoll l-imħabba tagħkom.

Ippruvaw aħsbu dwar xi persuna speċifika f’ ħajjitkom li ssibuha diffiċli tirrelataw magħha. Inkludu lil din il-persuna fit-talb tagħkom u itolbu lill-Missier tas-Smewwiet biex jgħinkom issibu post għaliha f’ qalbkom. Ma ddumux ma tibdew tħarsu lejha kif iħares lejha Hu: bħala waħda minn uliedu li jistħoqqilha wkoll l-imħabba.

Wara li titolbu, agħmlu xi ħaġa sabiħa għaliha! Forsi tistednuha għal xi attività Mutwali jew għal xi ħarġa mal-ħbieb. Offru li tgħinuha f’ xi essajnment tax-xogħol tad-dar. Anke jekk sempliċiment tistaqsuha “kif inti?” u titbissmulha. Il-ħwejjeġ żgħar jafu jagħmlu differenza kbira … f’ ħajjitkom it-tnejn!