2017
Iċ-ċentru tat-targit!
Jannar 2017


Tfal

Iċ-ċentru tat-targit!

Il-President Uchtdorf jgħid li l-evanġelju jixbah lil xi ħadd jipprattika li jolqot it-targit. Jeħtieġ nimmiraw għall-aktar ħwejjeġ importanti. L-aktar kmandamenti importanti huma li nħobbu lil Alla u nħobbu lill-oħrajn. Jekk aħna niffokaw fuq dawn iż-żewġ ħwejjeġ, aħna nistgħu kull darba nolqtu ċ-ċentru tat-targit!

Pinġu targit kbira fuq biċċa karta. Qabbdu xi ħadd ġenitur sabiex jaqralkom din il-lista li ġejja. Jekk xi ħaġa f’ din il-lista tgħinna nuru l-imħabba tagħna lejn Alla u lejn l-oħrajn, mela iktbuha jew pinġuha f’ nofs it-targit.

Aqsmu l-ġugarelli tagħkom ma’ ħaddieħor

Isirqu l-ħelu

Morru l-knisja

Sejħu lil xi ħadd b’ isem li jista’ jweġġgħu

Offru t-talb tagħkom

Agħtu tgħannieqa lil xi ħadd

Iġġieldu ma’ ħutkom