Żgħażagħ
Jiena Diġà Ddeċidejt
L-awtriċi tgħix f’ Utah, l-Istati Uniti.
Darba fil-klassi tat-Tfajliet jiena rċevejt lezzjoni mill-aktar prezzjuża dwar il-purità sesswali—suġġett li wassal biex ħafna miż-żgħażagħ ħassuhom verament imbarazzati. Ma niftakarx kull ħaġa li jien tgħallimt dak inhar, iżda niftakar lill-mexxejja tiegħi titkellem dwar wieħed mill-istandards li hi kienet timxi miegħu—li tibqa’ dejjem sesswalment safja. Kliemha jiena bqajt niftakru, u bir-reqqa kollha jiena ħadt id-deċiżjoni li nadatta dan il-valur bħala wieħed mill-valuri personali tiegħi.
Darba waħda hekk kif kont fuq il-karozza tal-linja sejra lura d-dar minn avveniment sportiv, xi ħadd beda jilgħab il-logħba ‘verità jew sfida’ fuq il-karozza tal-linja. Peress li ma kellniex x’ nagħmlu, jiena u xi żgħażagħ oħra ngħaqadna magħhom. Meta kien imissni jien, ġejt sfidata nagħmel xi ħaġa li kont naf li ma kenitx ħaġa xierqa. Għalija din setgħet kienet deċiżjoni diffiċli li nieħu, iżda ġo moħħi feġġ il-kliem tal-mexxejja tiegħi tat-Tfajliet u l-għażla saret waħda faċli. Ma domtx ma ddeċidejt li ma naċċettax. Jien kont diġà ddeċidejt x’ kelli nagħmel f’ dik is-sitwazzjoni.
Jiena naf li meta aħna mmorru l-knisja u nagħmlu l-almu tagħna biex nitgħallmu, aħna nkunu mberkin b’ qawwa spiritwali akbar u bi protezzjoni kontra t-tentazzjonijiet tad-dinja.