2017
Il-Qawwa li Ssaħħaħna ta’ Ġesù Kristu u l-Att tal-Fidwa Tiegħu
March 2017


Messaġġ tal-Għalliema taż-Żjajjar, Marzu 2017

Il-Qawwa li Ssaħħaħna ta’ Ġesù Kristu u l-Att tal-Fidwa Tiegħu

Bl-għajnuna tat-talb studjaw dan il-materjal u fittxu sabiex ikollkom l-ispirazzjoni ħalli tkunu tafu x’ għandkom taqsmu ma’ ħutkom. Li huma jifhmu l-għan tas-Soċjetà tal-Għajnuna kif jista’ jħejji lill-ulied nisa ta’ Alla għall-barkiet tal-ħajja eterna?

Relief Society seal

Fidi Familja Għajnuna

“Għal kollox niflaħ bis-saħħa ta’ dak li jqawwini” (Filippin 4:13). “Minkejja li lkoll kemm aħna għandna d-dgħjufijiet tagħna, aħna nistgħu negħlbuhom,” jgħid il-President Dieter F. Uchtdorf, it-Tieni Kunsillier fl-Ewwel Presidenza. “Verament hija permezz tal-grazzja ta’ Alla li, jekk niċċekknu u jkollna l-fidi, il-ħwejjeġ dgħajfin isiru għalina qawwa.”1

Is-Salvatur tagħna jgħid fid-Duttrina u Patti, “Jiena nkun ninsab quddiemkom. Jiena se nkun fuq il-lemin u fuq ix-xellug tagħkom, u l-Ispirtu tiegħi se jkun f’ qalbkom, u l-anġli tiegħi jduru magħkom, biex jgħinukom.” (D&C 84:88).

“Nefi huwa eżempju ta’ bniedem li kien jaf, fehem u fada fuq il-qawwa li ssaħħaħna tas-Salvatur,” jgħid il-Presbiteru David A. Bednar tal-Kworum tat-Tnax-il Appostlu. “Ħut Nefi rabtuh bil-ħbula u ppjanaw li joqtluh. Jekk jogħġobkom innutaw it-talba ta’ Nefi: ‘O Mulej, skont il-fidi tiegħi li hija fik, inti teħlisni minn idejn ħuti; iva, saħansitra tagħtini l-qawwa li jiena nqatta’ dawn il-ħbula li ninsab marbut bihom’ (1 Nephi 7:17; enfażi miżjuda).

“… Nefi ma talabx biex iċ-ċirkustanzi tiegħu jinbidlu. Pjuttost, huwa talab biex ikollu l-qawwa li jibdel iċ-ċirkustanzi tiegħu. U jien nemmen li huwa talab b’ dan il-mod preċiżament għaliex huwa kien jaf, huwa fehem u huwa esperjenza l-qawwa li ssaħħaħna tal-Att tal-Fidwa.

“Jiena ma naħsibx li l-ħbula li bihom kien marbut Nefi spiċċaw waqgħu b’ mod maġiku minn ma’ jdejh u minn madwar il-polzi tiegħu. Pjuttost, jien nissuspetta li huwa kien imbierek kemm bil-persistenza u kemm b’ qawwa personali lil hinn mill-kapaċità naturali tiegħu, li mbagħad ‘bil-qawwa tal-Mulej’ (Mosiah 9:17) huwa uża saħħtu kollha biex dawwar u ġibed il-ħbula u ultimament, u letteralment, kien kapaċi jinħall mill-irbit.”2

Skrittura u Informazzjoni Addizzjonali

Isaija 41:10; Ether 12:27; reliefsociety.lds.org

Noti

  1. Dieter F. Uchtdorf, “The Gift of Grace,” Liahona, Mejju 2015, 108.

  2. David A. Bednar, “Strength beyond Our Own,” New Era, Mar. 2015, 4.