Żgħażagħ
Servu lil Ħaddieħor b’ Fidi
Il-President Uchtdorf jgħidilna li l-fidi tagħna f’ Alla għandna “nakkumpanjawha bl-għemil tagħna.” Huwa spjega li meta tkun “akkumpanjata minn azzjoni konsistenti, timla’ … r-ruħ bil-paċi u l-imħabba.” Bil-wegħda ta’ din il-barka, aħna nistgħu nagħmlu differenza, u nistgħu naraw dan f’ ħajjitna jekk aħna niddedikaw ħin biex inwettqu servizz mimli fidi. Tistgħu titolbu kull filgħodu biex tistaqsu lill-Mulej biex jgħinkom isservu lil ħaddieħor. Per eżempju, itolbuh jurikom meta xi ħadd minn ħutkom ikollu bżonn l-għajnuna f’ xi ħaġa jew meta xi ħabib ikollu bżonn minn jgħaddilu xi kumpliment. Imbagħad, meta tirċievu xi suġġeriment, aġixxu skont dak li tħossu! Jekk dan it-talb u dan is-servizz isir għalikom drawwa, imbagħad l-għemil konsistenti u fidil tagħkom jasal biex ibierek ħajjitkom u l-ħajja tal-oħrajn. Il-President Uchtdorf iwiegħed li intom “tistgħu tittrasformaw l-individwi, il-familji, il-ġnus u d-dinja.”