Messaġġ tal-Għalliema taż-Żjajjar, April 2017
Il-Ġurament u l-Patt tas-Saċerdozju
Bl-għajnuna tat-talb studjaw dan il-materjal u fittxu li tiksbu l-ispirazzjoni biex tkunu tafu x’ għandkom taqsmu ma’ ħutkom. Li jifhmu l-għan tas-Soċjetà tal-Għajnuna kif jista’ jħejji lill-ulied nisa ta’ Alla għall-barkiet tal-ħajja eterna?
Aktar ma aħna bħala nisa nifhmu li l-ġurament u l-patt tas-saċerdozju japplika għalina personalment, aktar aħna nħaddnu l-barkiet u l-wegħdiet tas-saċerdozju.
Il-Presbiteru M. Russell Ballard tal-Kworum tat-Tnax-il Appostlu qal, “Dawk kollha li għamlu patti sagri mal-Mulej u li jonoraw dawk il-patti huma eleġibbli li jirċievu r-rivelazzjoni personali, li jkunu mberkin bil-qadi tal-anġli, li jitkellmu ma’ Alla, li jirċievu l-milja tal-evanġelju, u, ultimament, isiru werrieta flimkien ma’ Ġesù Kristu ta’ dak kollu li għandu l-Missier.”1
Il-barkiet u l-wegħdiet tal-ġurament u l-patt tas-saċerdozju jippartjenu kemm għall-irġiel kif ukoll għan-nisa. Sister Sheri L. Dew, li kienet kunsillier fil-President Ġenerali tas-Soċjetà tal-Għajnuna, qalet, “Il-milja tas-saċerdozju li tinsab fl-ogħla ordinanzi tad-dar tal-Mulej tista’ tinkiseb biss minn raġel u mara flimkien.”2
Sister Linda K. Burton, President Ġenerali tas-Soċjetà tal-Għajnuna, għamlet din is-sejħa, “Nistedinkom biex timmemorizzaw il-ġurament u l-patt tas-saċerdozju, li jinsab f’ Duttrina u Patti 84:33–44. Jekk tagħmlu dan, inwegħidkom li l-Ispirtu s-Santu jespandi l-għarfien tagħkom tas-saċerdozju u jispirakom u jedifikakom b’ modi meraviljużi.”3
L-istruzzjonijiet ta’ Joseph Smith lis-Soċjetà tal-Għajnuna kienu ntenzjonati biex iħejju lin-nisa “biex jiksbu pussess tal-privileġġi, tal-barkiet u tad-doni tas-saċerdozju.” Dan jista’ jitwettaq permezz tal-ordinanzi tat-tempju.
“L-ordinanzi tat-tempju huma ordinanzi tas-saċerdozju, iżda huma ma jaħtru lil ebda raġel jew mara għal xi uffiċċju ekkleżjastiku. Dawn l-ordinanzi iġibu fis-seħħ il-wegħda tal-Mulej li l-poplu tiegħu—nisa u rġiel—se jkun ‘mogħni bil-qawwa mill-għoli’ [D&C 38:32].”4
Skrittura u Informazzjoni Addizzjonali
Doctrine and Covenants 84:19–40; 121:45–46; reliefsociety.lds.org
© 2017 minn Intellectual Reserve, Inc. Id-drittijiet kollha riservati. Stampat fil-Ġermanja. Approvazzjoni bl-Ingliż: 6/16. Approvazzjoni tat-traduzzjoni: 6/16. Traduzzjoni ta’ Visiting Teaching Message, April 2017. Maltese. 97924 159