2017
Fiduċja
April 2017


Tfal

Fiduċja

Ippruvaw din l-attività flimkien ma’ xi ħabib. Jeħtieġ li tafdawh u timxu bir-reqqa skont id-direzzjoni tiegħu.

Aqbdu biċċa karta vojta u pinġu fuqha ċirku li jirrappreżenta wiċċ. Bil-pinna jew il-lapes f’ idejkom, agħlqu għajnejkom. Ħallu lil ħabib tagħkom jgħidilkom fejn għandkom tpinġu l-għajnejn, l-imnieħer, il-ħalq u x-xagħar fuq dan il-wiċċ. Imbagħad ħarsu lejh. Kif ġie? Tistgħu tagħtu l-kulur lil dan il-wiċċ u tpinġu ieħor biex terġgħu tibdew tilagħbu!

Xi kultant mhux faċli li ssegwi d-direzzjoni. Iżda meta nippruvaw nimxu wara Missierna tas-Smewwiet billi nisimgħu x’ jgħidilna l-Ispirtu s-Santu, Huwa jgħinna. Aħna għandna dejjem nafdawh.