2017
Meta Mietet il-Ħabiba Tiegħi
July 2017


Żgħażagħ

Meta Mietet il-Ħabiba Tiegħi

L-awtriċi tgħix f’ Utah, l-Istati Uniti.

Meta kont fl-ewwel sena tiegħi fl-iskola sekondarja, il-ħabiba tiegħi qabadha anewriżma fil-moħħ u l-għada mietet. Għalkemm jiena kont membru tal-Knisja xorta waħda sibtha diffiċli niffaċċja dak li ġara. Jiena ġejt mgħallma ħajti kollha li għal kull ħaġa jien stajt indur lejn Missierna tas-Smewwiet u lejn is-Salvatur, iżda qatt qabel ma kont għaddejt minn xi ħaġa bħal din.

Għaddejt sigħat sħaħ nibki waħdi, nipprova nsib xi ħaġa—hi x’inhi—li setgħet tgħinni nsib il-paċi. Il-lejl wara li mietet, jiena qbadt f’ idejja l-ktieb tal-innijiet. Hekk kif kont qed inqalleb il-paġni, waqaft fuq “Ibqa’ Miegħi; Wasal Filgħaxija” (Innijiet, nu. 165). It-tielet vers laqatni b’ mod partikolari:

Ibqa’ miegħi; wasal filgħaxija,

U twil se jkun il-lejl

Jekk miegħek mhux se nitkellem,

Jew jekk fik ma nsibx id-dawl tiegħi.

Mid-dalma tad-dinja, jiena nibża’,

U f’ dari jien se nibqa’.

O Salvatur, għaddi dal-lejl miegħi;

Għax ara, wasal filgħaxija.

Dan il-vers imlieni b’ paċi kbira. Dak il-ħin sirt naf li s-Salvatur mhux biss seta’ jgħaddi l-lejl miegħi iżda Huwa kien jaf eżattament kif kont qed inħossni. Jiena naf li l-imħabba li jiena ħassejt permezz ta’ din l-għanja mhux biss għenitni ngħaddi dak il-lejl iżda għenitni wkoll nibqa’ nirreżisti b’ kuraġġ qalb il-ħafna sfidi oħra li ħabbatt wiċċi magħhom f’ ħajti.

Ipprintja