Żgħażagħ
Ferħ Bħala Dixxipli ta’ Ġesù Kristu
Intom qatt ġietkom xi ġurnata ħażina? X’ għamiltu biex ħassejtukom aħjar? Il-President Uchtdorf jaf li “aħna lkoll nesperjenzaw l-uġigħ il-qalb, id-diżappunt u n-niket. Xi kultant nafu nħossuna wkoll se naqtgħu qalbna u ddisprati.”
Is-soluzzjoni tiegħu hi li ngħixu dik li huwa jsejħilha “ħajja ta’ dixxiplu”: “ibqgħu fidili u imxu ‘l quddiem bil-fidi.” Meta aħna nimxu ‘l quddiem bil-fidi, aħna nkunu kapaċi nafdaw f’ Alla, inżommu l-kmandamenti Tiegħu, naqdu lil ħaddieħor—u nħossu l-ferħ waqt li nagħmlu dan kollu! Kif qal il-President Uchtdorf, “Dawk li jgħixu ħajja ta’ dixxiplu … huma dawk li l-għemejjel żgħar tagħhom ħafna drabi jwasslu biex jagħmlu differenza kbira.”
Ikkunsidraw li tagħmlu lista ta’ modi differenti kif intom tistgħu tgħixu ħajja ta’ dixxiplu. Per eżempju, tistgħu tniżżlu xi idea li twassalkom biex tagħtu servizz bħal “Ngħin lil xi ħadd mill-ġenituri tiegħi jħejji l-ikla ta’ filgħaxija” jew xi idea kif tista’ tobdi aħjar il-kmandamenti bħal “Nitlob biex ikolli aktar paċenzja ma’ ħuti.” Issa meta darb’oħra inti tħossok frustrat jew iddisprat, oħroġ din il-lista, agħżel xi idea u ppruvaha!