Messaġġ tal-Għalliema taż-Żjajjar, Awissu 2017
Ngħixu Ħajja Kkonsagrata
Bl-għajnuna tat-talb studjaw dan il-materjal u fittxu li tiksbu l-ispirazzjoni biex tkunu tafu x’ għandkom taqsmu ma’ ħutkom. Li jifhmu l-għan tas-Soċjetà tal-Għajnuna kif jista’ jħejji lill-ulied nisa ta’ Alla għall-barkiet tal-ħajja eterna?
“Li tikkonsagra jfisser li tiddistingwi jew tiddedika xi ħaġa bħala xi ħaġa sagra, li tkun devota għal għanijiet qaddisa,” qal il-Presbiteru D. Todd Christofferson tal-Kworum tat-Tnax-il Appostlu. “Il-veru suċċess f’ din il-ħajja jasal meta nikkonsagraw ħajjitna—jiġifieri l-ħin u l-għażliet tagħna— għall-għanijiet ta’ Alla.”1
Il-Presbiteru Neal A. Maxwell (1926-2004) tal-Kworum tat-Tnax-il Appostlu qal, “Aħna għandna ħabta nħarsu lejn il-konsagrazzjoni bħala li noffru, meta niġu mitlubin nagħmlu dan b’ mod divin, il-ġid materjali tagħna. Iżda l-aqwa konsagrazzjoni hi meta aħna noffru lilna nfusna lil Alla.”2
Hekk kif aħna nikkonsagraw lilna nfusna għall-għanijiet ta’ Alla, il-fidi tagħna f’ Ġesù Kristu u fl-Att tal-Fidwa Tiegħu tikber. Hekk kif aħna ngħixu ħajja kkonsagrata, aħna nistgħu nitqaddsu permezz tal-għemejjel tagħna.
Carole M. Stephens, l-Ewwel Kunsillier fil-Presidenza tas-Soċjetà tal-Għajnuna, qalet: “Il-Presbiteru Robert D. Hales għallem, ‘Meta aħna nagħmlu u nżommu l-patti tagħna, aħna nkunu qed noħorġu minn din id-dinja u nidħlu fis-saltna ta’ Alla.’
“Aħna ninbidlu. Aħna nibdew nidhru differenti u naġixxu differenti. L-affarijiet li aħna nisimgħu u naqraw u ngħidu jsiru differenti u l-ilbies li aħna nilbsu jkunu differenti għaliex aħna nsiru wlied Alla marbutin Miegħu permezz ta’ patt.”3
Il-konsagrazzjoni hija l-patt li Alla għamel “ma’ dar Iżrael wara dawk il-jiem, jgħid il-Mulej. Inqiegħed il-liġi tiegħi fosthom u niktibha f’qalbhom; u jiena nkun Alla tagħhom, u huma jkunu l-poplu tiegħi” (Ġeremija 31:33). Li ngħixu ħajja kkonsagrata hija f’ armonija mal-pjan ta’ Alla għalina.
Skrittura Addizzjonali
© 2017 minn Intellectual Reserve, Inc. Id-drittijiet kollha riservati. Stampat fil-Ġermanja. Approvazzjoni bl-Ingliż: 6/17. Approvazzjoni tat-traduzzjoni: 6/17. Traduzzjoni ta’ Visiting Teaching Message, August 2017. Maltese. 97928 159