2017
Ftakru fil-Mulej Kuljum
October 2017


Żgħażagħ

Ftakru fil-Mulej Kuljum

Ħbieb, ħwejjeġ li hemm bżonn inwettqu, xogħol tad-dar, televiżjoni—ħafna huma l-affarijiet li jeħtieġu l-attenzjoni tagħna. Iżda kull ġimgħa, aħna nwegħdu lil Missierna tas-Smewwiet “li aħna dejjem se niftakru f’Ibnu, Ġesù Kristu” (D&C 20:79).

Il-President Eyring jgħid li aħna “kuljum nistgħu nagħmlu ċerta għażliet” li jgħinuna niftakru fis-Salvatur. Ikkunsidraw li l-għan tagħkom għal dan ix-xahar ikun li kuljum intom tiftakru aktar fis-Salvatur. Tistgħu tniżżlu fil-kalendarju ħaġa waħda li lesti tagħmlu kuljum biex tibnu r-relazzjoni tagħkom Miegħu. Il-President Eyring isemmi ħwejjeġ bħall-qari tal-iskrittura, li nitolbu bil-fidi u li naqdu s-Salvatur u lil ħaddieħor. Nistgħu wkoll niktbu fid-djarju tagħna, nattendu l-laqgħat tal-Knisja, nisimgħu l-konferenza ġenerali, immorru t-tempju, inkantaw l-innijiet—il-lista ma taqta’ xejn! Hekk kif aħna niftakru kuljum fis-Salvatur, il-President Eyring iwiegħed li “l-barkiet … nibdew niksbuhom ftit ftit u b’ mod sikur … iwassalna biex aħna nsiru dixxipli vera tal-Mulej Ġesù Kristu.”