2017
Nuru Mħabbitna Lejn Dawk li Qabdu Triq Żbaljata
October 2017


Messaġġ tal-Għalliema taż-Żjajjar, Ottubru 2017

Nuru Mħabbitna Lejn Dawk li Qabdu Triq Żbaljata

Bl-għajnuna tat-talb studjaw dan il-materjal u fittxu li tiksbu l-ispirazzjoni biex tkunu tafu x’ għandkom taqsmu ma’ ħutkom. Li jifhmu l-għan tas-Soċjetà tal-Għajnuna kif jista’ jħejji lill-ulied nisa ta’ Alla għall-barkiet tal-ħajja eterna?

Relief Society seal

Fidi, Familja, Għajnuna

“Ir-realtà hi li familji perfetti ma jeżistux … ,” qal il-President Dieter F. Uchtdorf, it-Tieni Kunsillier fl-Ewwel Presidenza. “Huma x’inhuma l-problemi li qed tħabbat wiċċha magħhom il-familja tagħkom, huma x’inhuma dawk l-affarijiet li jeħtieġ tagħmlu biex issolvuhom, il-bidu u t-tmiem tas-soluzzjoni hija l-karità, l-imħabba pura ta’ Kristu.”1

Dwar dawk li mhux qed jipparteċipaw għal kollox fl-evanġelju, Linda K. Burton, li kienet President Ġenerali tas-Soċjetà tal-Għajnuna, qalet: “Missierna tas-Smewwiet iħobb lil uliedu kollha. … Jinsabu fejn jinsabu—fit-triq il-ġusta jew le—Huwa jridhom lura d-dar.”2

“Qabdu kemm qabdu triq ħażina wliedkom, … meta intom titkellmu magħhom, qatt tagħmlu dan b’ rabja, tagħmlux dan b’ mod aħrax, fi spirtu ta’ xi ħadd li qed jikkundannahom,” għallem il-President Joseph F. Smith (1838–1918). “Kellmuhom bil-ħlewwa.”3

Il-Presbiteru Brent H. Nielson tas-Sebgħin enfasizza l-istruzzjoni tas-Salvatur lil dawk li għandhom 10 biċċiet tal-fidda u jitilfu waħda minnhom: “Fittxuha sakemm issibuha. Meta dik il-biċċa mitlufa tkun bintkom jew ikun binkom, jew inkella ħukom jew oħtkom, … wara li nkunu għamilna dak kollu li nistgħu nagħmlu, għandna xorta nibqgħu nħobbu lil dik il-persuna b’ qalbna kollha. …

“Jalla intom u jiena nirċievu r-rivelazzjoni li nkunu nafu liema hu l-aħjar mod kif għandna navviċinaw lil dawk li jinsabu mitlufin u, meta jkun neċessarju, ikollna l-paċenzja u l-imħabba li għandhom Missierna tas-Smewwiet u Ibnu, Ġesù Kristu, hekk kif aħna nħobbu u nistennew lill-iben il-ħali.”4

Il-President Henry B. Eyring, l-Ewwel Kunsillier fl-Ewwel Presidenza, qal: “Jiena tlabt bil-fidi sabiex xi nies li jiena nħobb ifittxu u jħossu f’ ħajjithom il-qawwa tal-Att tal-Fidwa. Jiena tlabt bil-fidi sabiex anġli umani jmorru jagħtuhom l-għajnuna tagħhom, u hekk ġara.

“Alla għandu l-mezzi kif isalva lil kull wieħed u waħda minn uliedu.”5

Skrittura u Informazzjoni Addizzjonali

Mattew 18:12; Alma 31:35; 3 Nephi 13:32; D&C 121:41–42

reliefsociety.lds.org

Noti

  1. Dieter F. Uchtdorf, “In Praise of Those Who Save,” Liahona, Mejju 2016, 79, 80.

  2. Linda K. Burton, in Sarah Jane Weaver, “Sister Burton, Sister Wixom Visit Church’s Pacific Area,” Church News, 2 ta’ Apr, 2013, lds.org/church/news.

  3. Teachings of Presidents of the Church: Joseph F. Smith (1998), 254.

  4. Brent H. Nielson, “Waiting for the Prodigal,” Liahona, Mejju 2015, 103.

  5. Henry B. Eyring, “To My Grandchildren,” Liahona, Nov. 2013, 71.