“Ġesù Tana s-Sagrament,” Ħabib, Ġunju 2021
Messaġġ ta’ Kull Xahar mir-rivista Ħabib , Ġunju 2021
Ġesù Tana s-Sagrament
Ġesù kien jaf li żmienu fid-dinja kien riesaq lejn tmiemu. Hu ġabar flimkien lill-Appostli tiegħu għall-Aħħar Ikla. Hu tahom is-sagrament u talabhom biex dejjem jiftakru fih.
Ġesù mar fil-ġnien biex jitlob. Hu bata għad-dnubiet u l-affarijiet ta’ niket kollha fil-ħajja ta’ kull bniedem. Imbagħad Huwa miet fuq salib u ndifen f’qabar.
Fl-għodwa tal-Ħadd wara li miet Ġesù, xi nisa marru jżuru l-qabar. Il-blata ta’ quddiem il-bieb kienet ġiet imgerrba, u l-qabar kien vojt! Fejn kien Ġesù?
Ġesù reġa’ qam! Marija ta’ Magdala rat lil Ġesù. Hu żar lill-Appostli tiegħu ħalli huma jkunu lesti biex jgħallmu l-evanġelju wara li Hu reġa’ mar lura fis-smewwiet.
Meta nieħu s-sagrament, jien niftakar f’Ġesù. Niftakar li Hu għex u miet u qam mill-imwiet għalija!
© 2021 minn Intellectual Reserve, Inc. All rights reserved. Stampat fil-Ġermanja. Approvazzjoni bl-Ingliż: 6/19. Approvazzjoni tat-traduzzjoni: 6/19. Traduzzjoni ta’ Monthly Friend Message, June 2021. Maltese. 17470 159