2021
Missierna fis-Smewwiet Iridna Nkunu Kuntenti
Lulju 2021


“Missierna fis-Smewwiet Iridna Nkunu Kuntenti,” Liahona, Lulju 2021

Messaġġ ta’ Kull Xahar mir-rivista Liahona, Lulju 2021

Missierna fis-Smewwiet Iridna Nkunu Kuntenti

Hekk kif niftakru fil-pjan ta’ ferħ ta’ Alla, aħna nistgħu nsibu l-ferħ anke meta l-ħajja tkun diffiċli.

Kristu mat-tfal

Qabel ma twelidna f’din id-dinja, ilkoll kemm aħna konna ngħixu ma’ Missierna fis-Smewwiet bħala l-ulied spirti tiegħu. Hu ppreżenta pjan biex jgħin lil uliedu jitgħallmu u jikbru. Permezz tal-pjan tiegħu, aħna nistgħu nsiru aktar bħalu u nkunu denji li ngawdu l-ħajja eterna. Dan il-pjan hu possibbli għaliex l-Iben ta’ Alla, Ġesù Kristu, ġie fid-dinja biex ibati għal dnubietna, sagrifiċċju li jissejjaħ l-Espjazzjoni.

Il-pjan ta’ Missierna fis-Smewwiet jissejjaħ il-pjan ta’

Kif naraw f’din l-iskrittura u fi skrittura oħra, Missierna fis-Smewwiet iridna nsiru bħalu, nerġgħu lura għandu, u nkunu verament kuntenti (ara Moses 1:39).

Aħna Niġu fid-Dinja biex Nitgħallmu u Nikbru

Alla bagħatna f’din id-dinja, fejn seta’ jkollna ġisem fiżiku (ara Ġenesi 1:26–27). Aħna kellna bżonn ġisem li jgħinna nesperjenzaw il-ħajja f’din id-dinja.

Alla kien jaf li aħna ma konniex se nkunu l-ħin kollu ferħanin. Aħna nesperjenzaw id-diżappunt, l-uġigħ, u saħansitra l-mewt. Iżda qalb l-isfidi tal-ħajja, Missierna fis-Smewwiet jgħinna nitgħallmu u nikbru.

Huwa tana wkoll il-volontà, l-abbiltà li nagħżlu bejn it-tajjeb u l-ħażin. Hu jħallina nagħżlu għalina nfusna x’naħsbu u x’nagħmlu. Huwa tana l-iskrittura u l-profeti ħajjin biex jgħinuna nitgħallmu nagħżlu dak li hu tajjeb (ara Abraham 3:25).

siġra tal-ħajja

Nippruvaw Inkunu bħal Ġesù Kristu

Alla ma bagħatniex f’din id-dinja mingħajr ma wriena eżempju biex nimxu warajh (ara Ġwanni 13:15). Huwa bagħat lil Ibnu, Ġesù Kristu, biex jurina t-triq. Biex nitgħallmu kif nimxu warajh, aħna nistgħu naqraw l-iskrittura sabiex nitgħallmu Hu min hu u x’għamel tul ħajtu f’din id-dinja. Nistgħu wkoll nagħmlu li nistgħu biex inkunu bħal Kristu billi nobdu lil Alla u nħobbu lil ħaddieħor.

Meta niżbaljaw, aħna nitolbu maħfra u nfittxu l-qawwa tal-Espjazzjoni ta’ Ġesù Kristu biex tgħinna ninbidlu. Aħna nistgħu nkunu kuntenti hekk kif kuljum nippruvaw insiru aktar bħalu.

Il-Mewt Mhijiex it-Tmiem

Meta aħna mmutu, l-ispirti tagħna jmorru fid-dinja tal-ispirtu. Hemmhekk aħna nkomplu nitgħallmu hekk kif nitħejjew għall-Qawmien mill-Imwiet.

Waqt il-Qawmien mill-Imwiet, il-ġisem u l-ispirtu tagħna jingħaqdu flimkien mill-ġdid. Ġisimna jsir wieħed perfett, u aħna qatt aktar ma nerġgħu nduqu l-mewt jew il-mard (ara Alma 11:44–45). Hekk kif Ġesù Kristu miet u reġa’ ħa l-ħajja, aħna lkoll nerġgħu ngħixu mill-ġdid.

Meta Alla jiġġudikana, Hu jikkunsidra l-għemejjel u x-xewqat tagħna. Jekk aħna ppruvajna nħarsu l-kmandamenti u l-wegħdiet li għamilna ma’ Missierna fis-Smewwiet, mela aħna nistgħu nerġgħu ngħixu miegħu.

Il-Ħajja ma’ Alla u mal-Familji Tagħna fis-Smewwiet

Fis-saltna ċelestjali, aħna se ngħixu ma’ Alla u ma’ Ġesù Kristu. Aħna nkunu kapaċi wkoll ngħixu hemm mal-familji tagħna għal dejjem jekk niġu ssiġillati magħhom. Aħna nsibu l-paċi, il-ferħ, u s-serħan (ara Mosiah 2:41).

Xi kultant il-ħajja tagħna fid-dinja taf tkun diffiċli, iżda jekk nimxu wara Ġesù Kristu, aħna nistgħu nsibu l-kuntentizza f’din il-ħajja u l-ferħ etern fil-ħajja li jmiss.

X’Tgħid l-Iskrittura dwar il-Pjan ta’ Ferħ?

Il-mod kif ngħixu ħajjitna hu importanti. Alla jiġġudikana u jippremjana skont il-ħsibijiet u l-għemejjel tagħna (ara Alma 41:3).

Satana hu l-għadu tal-ferħ tagħna. Hu jġarrabna biex nagħmlu użu ħażin mill-ħajja tagħna f’din id-dinja u naqgħu fid-dnub. Hu jridna nsiru miżerabbli bħalu (ara 2 Nephi 2:27).

Meta jkollna l-fidi fil-pjan li għandu għalina Alla, aħna jista’ jkollna l-paċi irrispettivament xi sfidi niffaċċjaw. Aħna nistgħu nħarsu ’l quddiem għal ħajja mgħixa għal dejjem ma’ Alla (ara Doctrine and Covenants 59:23).

Ix-xogħol kollu tal-arti ta’ J. Kirk Richards