“Pawlu Jindem,” Ħabib, Lulju 2021
“Pawlu Jindem”
Messaġġ ta’ Kull Xahar mir-rivista Ħabib , Lulju 2021
Pawlu Jindem
Wara li miet Ġesù, id-dixxipli tiegħu komplew jgħallmu lin-nies. Iżda mhux kulħadd ħa pjaċir b’dak li għallmu. Kien hemm raġel jismu Pawlu li kien partikolarment jittratta ħażin lil dawk li kienu jimxu wara Ġesù.
Darba waħda waqt li Pawlu kien għaddej fit-triq, hu ra dawl jiddi mis-smewwiet. Huwa sema’ leħen Ġesù! Ġesù qal lil Pawlu sabiex jindem u jimxi warajh.
Id-dawl qawwi wassal lil Pawlu biex ma jibqax jara. Wieħed raġel qaddis jismu Ħananija fejjaq għajnejn Pawlu. Pawlu għażel li jitgħammed.
Wara, Pawlu għallem lin-nies dwar Ġesù Kristu. Huwa kien missjunarju, għalliem, u mexxej kbir fil-Knisja ta’ Kristu.
Jien nista’ nagħżel li nkun ħanin minflok ma nittratta lin-nies ħażin. Nista’ nagħżel dejjem li nimxi wara Ġesù.
© 2021 minn Intellectual Reserve, Inc. All rights reserved. Stampat fil-Ġermanja. Approvazzjoni bl-Ingliż: 6/19. Approvazzjoni tat-traduzzjoni: 6/19. Traduzzjoni ta’ Monthly Friend Message, July 2021. Maltese. 17471 159