2021
Konferenza Ġenerali: Laqgħa Dinjija tal-Knisja
Settembru 2021


“Konferenza Ġenerali: Laqgħa Dinjija tal-Knisja,” Liahona, Settembru 2021

Messaġġ ta’ Kull Xahar mir-rivista Liahona, Settembru 2021

Konferenza Ġenerali: Laqgħa Dinjija tal-Knisja

Aħna nisimgħu mingħand il-profeti u mexxejja oħra tal-Knisja waqt il-konferenza ġenerali. Huma jgħallmuna dak li jridna nisimgħu Alla.

Iċ-Ċentru għall-Konferenza minn barra

Kull April u Ottubru, il-Knisja tagħmel sensiela ta’ laqgħat li jissejħu konferenza ġenerali. Il-mexxejja jgħallmu u jixhdu dwar Ġesù Kristu u l-evanġelju tiegħu. Il-konferenza ġenerali ssir fil-Belt ta’ Salt Lake, Utah, l-Istati Uniti tal-Amerika, u tixxandar madwar id-dinja b’aktar minn 80 lingwa. Il-membri kollha u nies oħra interessati huma mistiedna biex jisimgħu d-diskors.

Iċ-Ċentru għall-Konferenza minn ġewwa

L-Ewwel Konferenzi tal-Knisja

Il-Knisja ġiet organizzata uffiċjalment waqt laqgħa fis-6 ta’ April, 1830 (ara Doctrine and Covenants 20). L-ewwel konferenza ġenerali saret fid-9 ta’ Ġunju, 1830. Minn dak iż-żmien ’l hawn, il-konferenzi ġenerali bdew isiru taħt id-direzzjoni tal-President tal-Knisja kull fejn il-membri setgħu jinġabru flimkien. Fis-snin erbgħin tas-seklu dsatax, il-mexxejja bdew jagħmlu l-konferenza darbtejn fis-sena.

Il-President Nelson wara l-pulptu

Kif il-Konferenzi Jiġu Organizzati Llum

L-Ewwel Presidenza, il-Kworum tat-Tnax-il Appostlu, u mexxejja oħra tal-Knisja jitkellmu waqt il-konferenza ġenerali. The Tabernacle Choir at Temple Square u korijiet oħra jipprovdu l-mużika. Kull konferenza hi magħmula minn ħames sessjonijiet; tlieta s-Sibt u tnejn il-Ħadd. F’April, it-tielet sessjoni tas-Sibt hi għal membri tal-kworums tas-Saċerdozju ta’ Aron u ta’ Melkisedek. F’Ottubru, hi għal membri tas-Soċjetà tal-Għajnuna u tat-Tfajliet.

Tagħlim ta’ Mexxejja

Fix-xhur ta’ qabel il-konferenza, il-mexxejja tal-Knisja jitolbu dwar x’għandhom jgħallmu. Il-Mulej jispirahom biex ikunu jafu x’għandhom jgħidu. Huma jgħallmu veritajiet tal-evanġelju u jistednuna biex inħarsu l-kmandamenti ta’ Alla. Huma jixhdu wkoll dwar Ġesù Kristu u jħeġġuna biex nimxu warajh.

Nitgħallmu mill-Konferenza

Qabel il-konferenza ġenerali, aħna nistgħu nitolbu biex nisimgħu xi jridna nitgħallmu l-Mulej. Hekk kif nisimgħu d-diskors, l-Ispirtu jgħallimna dak li jeħtieġ inkunu nafu. Wara l-konferenza, id-diskors kollu nkunu nistgħu nsibuh fuq ChurchofJesusChrist.org, fl-app tal-Librerija tal-Evanġelju, u fil-Liahona. Bl-għajnuna tat-talb aħna nistgħu nistudjaw id-diskors biex nitgħallmu aktar dwar Ġesù Kristu u l-evanġelju tiegħu.

Mill-Iskrittura

Ġesù Kristu għallem li aħna għandna niltaqgħu flimkien ta’ spiss (ara 3 Nephi 18:22).

Meta l-membri tal-Knisja jqimu flimkien, il-Mulej ikun magħhom (ara Mattew 18:20).

Il-Mulej talab lill-membri tal-Knisja biex “jgħallmu u jedifikaw lil xulxin” (Doctrine and Covenants 43:8).

Hekk kif il-membri tal-Knisja juru l-fidi fi Kristu, l-Ispirtu tiegħu jkun magħhom hekk kifwaqt li jiltaqgħu flimkien (ara Doctrine and Covenants 44:2).