“L-Ittri ta’ Pawlu,” Stejjer mit-Testment il-Ġdid għal Qarrejja Żgħar, 2019
“L-Ittri ta’ Pawlu”
Messaġġ ta’ Kull Xahar mir-rivista Ħabib , Settembru 2021
L-Ittri ta’ Pawlu
L-Appostlu Pawlu għen biex titmexxa l-Knisja wara li Ġesù reġa’ lura fis-smewwiet. F’dawk iż-żminijiet, la kien hemm telefon u lanqas internet. Għalhekk Pawlu kiteb ittri lill-membri tal-Knisja.
Pawlu kiteb lin-nies mill-belt ta’ Korintu. Hu qalilhom biex jaħfru lil ħaddieħor. Hu qalilhom biex ikollhom is-sabar. Hu kiteb dwar Ġesù.
Pawlu kiteb lin-nies minn post jismu Galazja. Hu qalilhom biex iħobbu lil għajrhom. Hu qalilhom xi tħoss persuna meta tħoss l-Ispirtu.
L-ittri ta’ Pawlu tant kienu importanti li saru parti mill-Bibbja. Tista’ taqrahom fit-Testment il-Ġdid.
Jien nista’ nitgħallem mit-tagħlim ta’ Pawlu. Jiena nisma’ dak li l-profeta u l-appostli jgħallmu llum!
© 2021 minn Intellectual Reserve, Inc. All rights reserved. Stampat fil-Ġermanja. Approvazzjoni bl-Ingliż: 6/19. Approvazzjoni tat-traduzzjoni: 6/19. Traduzzjoni ta’ Monthly Friend Message, September 2021. Maltese. 17471 159