2022
Tgħallmu dwar Ġesù Kristu u Aċċessaw il-Qawwa Tiegħu
Settembru 2022


“Tgħallmu dwar Ġesù Kristu u Aċċessaw il-Qawwa Tiegħu,” Għas-Sodizza taż-Żgħażagħ, Sett. 2022.

Messaġġ ta’ Kull Xahar mir-rivista Għas-Sodizza taż-Żgħażagħ, Settembru 2022

Tgħallmu dwar Ġesù Kristu u Aċċessaw il-Qawwa Tiegħu

Jien nixtieq naqsam magħkom kif nistgħu niġbdu fil-ħajja tagħna l-qawwa tal-Mulej u l-Imgħallem tagħna, Ġesù Kristu.

Nibdew billi nitgħallmu dwaru.1 “Huwa impossibbli għali[na] li nkunu salvati fl-injoranza” (Doctrine and Covenants 131:6). Iktar ma aħna nifhmu d-duttrina tas-Salvatur u dak li Hu għamel għalina, iktar nkunu nafu li Hu jista’ jipprovdilna l-qawwa li għandna bżonn f’ħajjitna.

Bħala Qaddisin tal-Aħħar Żmien, aħna nirreferu għall-missjoni tiegħu bħala l-Espjazzjoni ta’ Ġesù Kristu, li għamilha realtà għal kull wieħed u waħda minna li nqumu mill-mewt u għamilha possibbli wkoll li dawk kollha li jindmu minn dnubiethom u jirċievu u jżommu l-ordinanzi u l-patti essenzjali tagħhom ikunu jistgħu jiksbu l-ħajja eterna.

Taħt il-pjan etern kbir tal-Missier, huwa s-Salvatur li sofra. Huwa s-Salvatur li kiser l-irqad tal-mewt. Huwa s-Salvatur li ħallas il-prezz għal dnubietna u għall-ħtijiet tagħna u Hu jista’ jeħlisna minnhom bil-kondizzjoni li aħna nindmu minnhom. Huwa s-Salvatur li jeħlisna mill-mewt fiżika u spiritwali.

Termini sagri bħal Espjazzjoni u Qawmien mill-Imwiet jiddeskrivu dak li s-Salvatur għamel, skont il-pjan tal-Missier, biex aħna nkunu nistgħu ngħixu bit-tama f’din il-ħajja u niksbu l-ħajja eterna fid-dinja li jmiss.

Nota

  1. Tistgħu tistudjaw ir-referenzi f’Topical Guide jew Guide to the Scriptures għas-suġġetti “Ġesù Kristu” u “Kristu l-Ħaj: It-Testimonjanza tal-Appostli,” ChurchofJesusChrist.org.

Ipprintja