“Nieħdu Ħsieb ta’ Dawk fil-Bżonn,” Liahona, Sett. 2023.
Messaġġ ta’ Kull Xahar Liahona, Settembru 2023
Nieħdu Ħsieb ta’ Dawk fil-Bżonn
Bħala membri tal-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien, aħna nsegwu t-tagħlim tal-Mulej biex nieħdu ħsieb ta’ dawk fil-bżonn. Aħna nieħdu ħsieb lil dawk fil-bżonn billi nservuhom, ngħinuhom isiru awto-dipendenti, u naqsmu magħhom dak li għandna.
L-Eżempju ta’ Ġesù Kristu
Ġesù Kristu ħabb, farraġ, u talab għal dawk ta’ madwaru. Hu “għadda ħajtu jagħmel il-ġid” (Atti 10:38). Aħna nistgħu nsegwu l-eżempju tiegħu billi nħobbu, nfarrġu, inservu u nitolbu għal dawk ta’ madwarna. Aħna dejjem nistgħu nfittxu modi biex ngħinu lil ħaddieħor.
Nimministraw
Il-kelma jimministraw hija wżata fl-iskrittura u fil-Knisja tal-Mulej biex tiddeskrivi kif nieħdu ħsieb ta’ xulxin. Dawk li jħaddnu s-saċerdozju huma assenjati bħala aħwa rġiel li jimministraw lil kull individwu jew familja fil-qasam jew fergħa tagħhom. Aħwa nisa li jimministraw huma assenjati lil kull mara adulta. L-aħwa nisa u rġiel li jimministraw jaċċertaw li l-membri kollha tal-Knisja jiġu miftakrin u indokrati.
Ngħinu lilll-Oħrajn Isiru Awto-Dipendenti
Aħna nistgħu ngħinu membri tal-familja u ħbieb isiru awto-dipendenti billi ninkoraġġuhom isibu soluzzjonijiet fit-tul għall-problemi tagħhom. Imbagħad nistgħu nissapportjawhom waqt li jaħdmu fuq il-miri tagħhom. Sib aktar informazzjoni dwar awto-dipendenza f’Liahona Awwissu 2023 artiklu dwar il-Bażiċi tal-Evanġelju.
Inservu lil Ħaddieħor
Hemm ħafna modi kif nistgħu nservu lil dawk ta’ madwarna u ngħinu biex nilħqu l-bżonnijiet temporali, spiritwali, u emozzjonali. Meta nitgħallmu dwar ħaddieħor inkunu nistgħu nsiru nafu kif aħna nistgħu nservuhom aħjar. Nistgħu wkoll nitolbu għall-gwida ħalli nkunu nafu kif nistgħu ngħinu.
Naqsmu Ma’ Ħaddieħor Dak Li Għandna
Aħna nistgħu nservu lill-oħrajn billi naqsmu magħhom dak li Alla berikna bih. Per eżempju, nistgħu nagħtu offerti ta’ sawm ġenerużi jew nagħmlu donazzjoni lill-fond ta’ Assistenza Umanitarja tal-Knisja. Nistgħu wkoll inservu fil-komunità tagħna u s-sejħiet tagħna tal-Knisja.
Id-Dmirijiet tal-Mexxejja tal-Knisja
L-isqof jissorvelja lil dawk li huma fil-bżonn fil-qasam tiegħu jiġu indokrati. Huwa jista’ juża l-flus mill-offerti tas-sawm biex jgħin lill-membri fil-bżonnijiet tagħhom. Mexxejja oħrajn, inkluż il-konsulenti tiegħu u l-presidenzi tas-Soċjetà tas-Solliev u tal-kowrun tal-presbiteri, jgħinu lill-membri jsibu riżorsi li jistgħu jużaw biex jilħqu l-bżonnijiet tagħhom.
L-Isforzi Umanitarji tal-Knisja
Il-Knisja tgħin lil nies madwar id-dinja kollha b’rispons għall-emerġenzi, proġetti tal-komunità, u programmi oħrajn bħal ilma nadif u tilqim. Biex tkun taf iktar, ara Dallin H. Oaks, “Ngħinu lill-Fqar u l-Imnikktin,” Liahona, Nov. 2022, 6-8.
© 2023 minn Intellectual Reserve, Inc. Id-drittijiet kollha riservati. Stampat fl-Istat Uniti. Approvazzjoni bl-Ingliż: 6/19. Approvazzjoni tat-traduzzjoni: 6/19. Traduzzjoni ta’ Monthly Liahona Message, September 2023. Language. 19047 000